Left arrow Go Back

IT-TFAL TAL QALA JGĦINU LILL KUNSILL LOKALI BIEX JILĦAQ IL-MIRI FIS-SEPARAZZJONI TAL-ISKART

pr2097
Date Icon 03/12/2009
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said, attenda attività fl-iskola primarja tal-Qala li abbinat flimkien l-inizjattivi ta’ ‘Eko-Skola’ flimkien ma’ dawk tal-Kunsill Lokali għas-separazzjoni ta’ skart fil-lokalità. F’din l-attività t-tfal riedu jwasslu messaġġ lill-adulti li jgħid ”aħna t-tfal jinteressana l-ambjent – aħna t-tfal jinteressana s-separazzjoni tal-iskart – u aħna t-tfal irridu li intom il-kbar tgħinuna nżommu pajjiżna u l-gżira Għawdxija nadifa”.
Il-Kunsill Lokali tal-Qala iddeċieda li jibbażal-inizzjattiva tiegħu biex jimmotiva lir-residenti li  jisseparaw l-iskart, bl-involviment tat-tfal għax il-messaġġ tagħhom jaf ikun iktar effettiv.
Chris Said feraħ lill-istudenti tal-involvimenttagħhom f’din l-inizjattiva fejn qed tgħabbihom b’responsabbilità li jkunu huma ta’ eżempju għall-adulti, u li jħeġġu lir-residenti kollha tal-Qala biex jisseparaw l-iskart. It-tfal li llum qed jinvolvu ruħhom f’din l-attività se jikbru konvinti mill-importanza tas-separazzjoni u r-riċiklar tal-iskart, u dan jassigura li fil-futur ikollna ġenerazzjonijiet li jħarsu l-ambjent, stqarr Dr Said. Hekk il-lokalitajiet u l-pajjiż tagħna jkunu qed jagħmlu l-parti tagħhom biex niffaċċjaw il-problema globali tat-tniġġiż tal-arja u t-tibdil tal-klima.
Għaldin l-okkażjoni kien preżenti rapreżentant tal-Waste Serv li spjega lit-tfal tal-iskola l-importanza tas-separazzjoni ta’ l-iskart.
Fostl-inizjattivi tiegħu, il-Kunsill Lokali tal-Qala qassam flyer informattiv lir-residenti, żied bring-in site ieħor u qiegħed ukoll fil-proċess li jkollu t-tielet bring-in site.
Fitmiem l-attività, l-istudenti flimkien mal-għalliema u l-Kunsilliera tal-lokalità, ħarġu mill-iskola u żaru d-djar tal-lokalità jqassmu basktijiet tad-drapp b’riklam tal-kampanja, u pakkett ta’ għaxar boroż griżi lil kull familja residenti fil-Qala.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow