Left arrow Go Back

Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali – Kontijiet Pubbliċi għas-sena 2008

pr2087
Date Icon 02/12/2009
Fit-2 ta’ Diċembru 2009, l-AwditurĠenerali ppreżenta lill-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, r-Rapport Annwali tiegħu dwar il-Kontijiet Pubbliċi għas-Sena Finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2008.  Dan sar skond l-Artiklu 108(5) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u sotto-para. 5 (ii) u para. 7 tal-Ewwel Skeda tal-Att tal-Awditur Ġenerali u tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), 1997.
Apparti l-osservazjonijiet lijidhru fir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali, l-istatements u l-kontijiet pubbliċi li kienu soġġetti għall-verifika tal-Uffiċċju kienu ppreżentati b’mod adattat skond il-policies ta’ kontabilita’ tal-Gvern.  Fost il-punti prinċipali li jissemmew fir-Rapport hemm dawn li jidhru hawn isfel.
Wara l-eżami tar-RapportFinanzjarju2008, l-NAO innota:

·        li interessi t’obbligazzjoni mniżżla bħala dħul kienu mħallsa effettivament mill-Gvern;

·        inħareġ Advance ta’ madwar €25.3 miljun għal skopijiet ta’ kontabilita’ għall-14th Social Security Benefits dovuti fis-sena 2008;

·        l-istima ta’ €14.1 miljun, intenzjonat biex jitħallsu minnhom it-Treasury Clearance Fund Advances, ma ġietx fil-fatt utilizzata;

·        ma setax ikun żgurat li kien komplut għall-aħħar ir-rappurtaġġ dwar id-Dikjarazzjonijiet ta’ Investimenti, ta’ talbiet minsija, dwar telf ta’ flus kontanti u dwar affarijiet imħassra minn fuq reġistri ta’ stores;

·        il-bilanċi skond il-Cash Book u l-Bank Ċentrali, kif imniżżla fir-Rapport Finanzjarju 2008 għadhom ma jikkorrispondux ma’ l-ammonti skond id-Dikjarazzjoni ta’ Rikonċiljazzjoni Bankarja; u

·        l-Ittri ta’ Rassigurazzjoni u Garanziji Bankarji laħqu l-figura ta’ €774 miljun. 

Għal darb’oħra, numru ta’Ministeri u Dipartimenti naqsu li jibagħtu r-Return Annwali tagħhom ta’ Arretrati ta’ Dħul għas-sena 2008.  Figuri ta’ wħud mid-Dipartimenti kellhom jiġu ppubblikati eżatt kif ġew mogħtija, waqt li oħrajn kienu nieqsa minn rendikont dettaljat tal-ammonti mniżżla.
Il-lista ta’ KontijietBankarji, sottomessa mill-Banek Kummerċjali, wara eżami li saret  fuqhom instab li ma kienux kompluti.  It-Teżor mhux f’pożizzjoni li jivverifika jekk il-Ministeri/Dipartimenti humiex jużaw il-Kontijiet Bankarji tagħhom għall-għan oriġinali tagħhom.  Dan ma jistax jagħmlu minħabba n-nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn il-Ministeri/Dipartimenti, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment (MFEI) u l-istess Teżor.
Wara emendi fil-PensionsOrdinance, il-Finanzi stabbilixxa t-talbiet li kienu relatati mal-ammonti li l-Gvern kellu jieħu mingħand entitajiet, u dawn fl-aħħar tal-2008 kienu jammontaw għal €7.38 miljun.  L-eżerċizzju ta’ verifika żvela li l-Ministeru tal-Finanzi (MF)/Diviżjoni tat-Teżor ma’ kellhomx sistema konsistenti u perjodikali għal dawk li huma talbiet.
L-iċċekkjar ta’ kontrollinterni eżistenti, fir-rigward tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali Klassi 2 (ta’ wara l-1998), żvela li 28,810 minn dawk li jħallsu t-taxxa, b’bilanċ attwali ta’ €4.5 miljun, huma issa f’arretrati.
Waqt li kienet qed issirverifika  fid-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty, l-NAO innota li kien hemm diskrepanza ta’ €928,294 bejn ir-rimborsi tal-Provisional Duty maħruġa fis-sena 2008, skond is-sistema tal-Capital Transfer Duty, u l-figura skond id-Departmental Accounting System.  Mis-sistema tal-Capital Transfer Duty ġie nnotat wkoll in-nuqqas ta’ dettalji dwar propjeta’ jew informazzjoni mhux korretta dwarha.  Fiż-żewġ sistemi ma nstabux ukoll rendikonti ta’ numru ta’ ċekkijiet ta’ rimborsi.
Biex aktar jistħarreġ l-iżviluppili kien hemm wara l-verifika tiegħu tas-sena 2006 dwar is-Sistema tal-VAT għal dak li hu tpartit ta’ informazzjoni (VIES), u fl-istess ħin josserva jekk ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu ġewx addottati, l-NAO wettaq eżerċizzju ieħor ta’ verifika f’dan id-Diviżjoni.
Wara li ġew ivverifikati t-TribunaliLokali u għal Talbiet Żghar ġie nnottat li l-Kummissarji kienu qed jitħallsu skond kull Seduta, irrispettivament min-numru ta’ każijiet li jisimgħu.  In-nuqqas ta’ dokumentazzjoni llimitat l-verifika li għamlet id-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja dwar pagamenti lill-Kummissarji.
Għal dawk li għandhomx’jaqsmu l-Arretrati ta’ Dħul is-sistema u l-proċeduri eżistenti fid-Dipartiment tal-Pulizija hemm bżonn ikunu aġġornati.  Rigward l-armi, evidenti huwa n-nuqqas ta’ informazzjoni adekwata dwarhom, tant li kien hemm każi fejn lanqas biss setgħu jinstabu.
L-Energy Benefit,biex permezz tiegħu jittaffa l-effett li ż-żieda fil-prezzijiet taż-zejt kellha fuq il-kontijiet tal-ilma u l-elettriku, kien għal madwar 29,000 residenza eliġibbli.  It-testijiet li twettqu fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali ndikaw dgħjufija fil-kontrolli nterni, fejn uħud mill-benefiċjarji qabżu l-limitu applikabbli.
Saret verifika fid-Dipartimenttal-Anzjani u Kura Komunitarja f’Malta u fil-Ministeru għal Għawdex dwar l-infieq b’rabta mal-iskema tas-servizzi ta’ Kura u Għajnuna fid-Dar.  Osservazzjonijiet komuni jinkludu dawn: (i) in-nuqqas ta’ ċċekkjar tad-dħul, (ii) qed tiġi ċċarġjata miżata nominali fissa irrispettivament mis-servizzi mogħtija, u (iii) n-nuqqas ta’ audit trail tat-transazzjonijiet.
Ġiet eżaminata l-proċeduraeżistenti, ta’ mingħajr ħlas, ta’ self ta’/radd lura t’apparat mediku mill-Isptar Mater Dei lill-isptarijiet u kliniċi privati.  Għandu jkun hemm deskrizzjoni ċara, preferibilment bil-miktub, tar-responsabilitajiet u kontabilita’ fejn għandu x’jaqsam apparat mediku misluf mill-Isptar Mater Dei.
Id-dritt amministrattiv ta’10%, iċċarġjat mill-MEPA lill-Gvern fir-rigward ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sistema Ewlenija ta’ Drenaġġ, ma kienx dokumentat.  Kontrolli nterni mħaddma mill-Ministeru tal-Investiment, Industrija u Informazzjoni Teknoloġika mhumiex suffiċjenti u dan wassal biex il-MEPA fl-aħħar tas-sena għad fadlilha tgħaddi lill-Gvern madwar €2.7 miljun f’kontribuzzjonijiet imsemmija.
Ma’ setgħetx issir verifikafinanzjarja regolari fuq il-kontijiet tas-Snin Finanzjarji 2006-2008 relatati ma’ Fondi li jaqgħu taħt ir-Regolamenti għall-Pilotaġġ u l-Irmiġġ, 1975.   Waqt laqgħa li saret, fost il-kwistjonijiet li tqajmu kien hemm is-sostenibilita’ tal-Fond għall-Irmiġġi.
Ġew ukoll ittestjati l-Iskemita’ Sapport fil-qasam tal-Agrikultura b’rabta mas-Sussidji għal-Laħam tal-Majjal u l-Frott u l-Ħxejjex.  Ir-Rapport iffoka fuq l-ineżattezzi li nstabu meta tħallsu dawn is-sussidji, kif ukoll fuq in-nuqqasijiet t’effiċjenza nnotati fil-proċess ta’ treġija u fl-amministrazzjoni taż-żewġ skemi fejn jikkonċernaw dawn is-sussidji.
Waqt verifika fuq ix-xiri ul-attivitajiet kontrattati, b’mod speċifiku, pagamenti maħruġa mill-fond tas-Soċjeta’ Ċivili amministrat mill-Forum Malta fl-Ewropa, f’numru ta’ każijiet ma nstabux dettalji dokumentati.  Nieqsa wkoll kienet l-evidenza li tissapportja xi pagamenti li saru.
Il-verifika fuq ix-Xiri tal-OperationalMaterials and Supplies mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex kienet limitata.  Dan għaliex kien hemm nuqqas t’informazzjoni provduta meta mitluba, flimkien man-nuqqas ta’ sistema li żżomm rendikont tal-istokk ta’ provvisti tal-ikel.  Ġew identifikati wkoll numru ta’ irregolaritajiet prinċipali bħal nuqqas ta’ kontroll fis-Sezzjoni tal-Provvisti tal-Ikel.
L-€4 miljun varjazzjoni fl-infieqtal-Operational and Maintenance fil-Forzi Armati ta’ Malta prinċiparjament kienet minħabba nuqqas ta’ previżjoni ta’ miġja t’aktar immigranti rregolari f’pajjiżna.  Ġew innotati wkoll nuqqasijiet f’dik li hi żamma t’inventarju ta’ vetturi.
Wara verifika mwettqa mill-NAOfi snin imgħoddija, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Xiri, dan l-Uffiċċju ddeċieda li jwettaq verifika t’osservanza b’rabta mas-Servizzi Kontrattwali u Professjonali fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, id-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali u d-Direttorat tat-Turiżmu.  Nuqqasjijiet komuni li ġew innotati kienu dawn:

·        Ma kienx hemm ftehim ma’ dawk li jipprovdu s-servizzi u/jew regolamenti tax-xiri ma ġewx osservati.

·        Bidu ta’ servizz qabel ma kien hemm approvazzjoni jew kuntratt formali.

·        Ma kienx hemm estensjoni formali tal-ftehim eżistenti.

·        L-ammont iċċarġjat minn dawk li jipprovdu s-servizz ma setax jiġi vverifikat.

·        Mad-dokumenti tal-pagament ma nstabux riċevuti fiskali jew tax invoices.

Mir-rapporti ta’ verifika tal-Kunsilli Lokali kollha u mill-Ittri bil-Kummenti tal-Awdituri privati, l-osservazjonijiet prinċipali kienu dawn:

·        Rapporti Finanzjarji kwalifikati kien hemm ta’ tnejn u ħamsin kunsill minn total ta’ sebgħa u sittin wieħed.

·        Tnax-il Kunsill Lokali rrapporta Working Capital negattiv fir-Rendikont tal-Istat tal-Affarijiet waqt li erbgħa u għoxrin irreġistraw żbilanċ fil-kont tad-Dħul u Nfieq tagħhom. L-Indikatur tas-Sitwazzjoni Finanzjarja  rreġistrat minn għoxrin kunsill kien taħt il-livell ta’ 10%.

·        Kien hemm Kunsill Lokali partikolari li ma ssottomettix ir-Rapport ta’ Verifika tiegħu sat-13 ta’ Novembru 2009.

L-eżami u verifika fil-KummissjoniGħolja Maltija f’Londra, Ministeru tal-Affarijiet Barranin, kienu limitati għax meta ntalbu xi dokumenti dettaljati dawn ma ġewx provduti. In-nuqqas ta’ kontroll u segregazzjoni ta’ dmirijiet f’ċerti taqsimiet kien evidenti.
L-NAO permezz tas-sezzjonital-IT tiegħu għamel xogħol ta’ verifika fil-qasam tal-IT fl-Awtorita’ tat-Turiżmu.  Din il-verifika iffokat fuq evalwazzjoni tal-Entity Level Controls u l-Ippjanar ta’ Business Continuity.

Ir-Rapport sħiħ jidher mit-3 ta’ Diċembru 2009 fis-Sit Elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: http://www.nao.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow