ŻJARA MID-DEPUTY SPEAKER F’DAR L-EWROPA
pr2081
02/12/2009
Id-Deputy Speaker l-Onor. Carmelo Abela għamel żjara f’Dar l-Ewropa li tinsab fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta u li fiha hemm l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta kif ukoll tal-Parlament Ewropew f’Malta. Huwa kien milqugħ minn Dr Julian Vassallo, Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.
| L-Onor Abela kellu l-opportunità | li jara x-xogħol strutturali li sar f’din id-Dar wara li ġiet restawrata u inawgurata fid-9 ta’ Novembru ta’ din is-sena, kif ukoll li jiltaqa’ ma’ numru ta’ impjegati li jaħdmu fl-istess Uffiċċji. |
| Fil-laqgħa li kellhom | flimkien, l-Onor. Carmelo Abela u Dr Julian Vassallo tkellmu dwar ix-xogħol li jwettaq l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta u kif dan l-Uffiċċju jista’ jkun ta’ għajnuna u jaħdem aktar mill-qrib mal-Parlament Malti. Dan kollu anke fid-dawl li t-Trattat ta’ Lisbona issa daħal fis-seħħ u allura se jpoġġi aktar obbligi u responsabbiltà fuq il-Parlamenti Nazzjonali tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. |
| F’din l-istess laqgħa issemma | l-fatt li l-Parlament Malti għad m’għandux persuna li qed tirrappreżentah fi Brussel u ġie riaffermat il-bżonn li l-Parlament Malti jkollu persuna li taqdi d-doveri tagħha fil-Parlament Ewropew anke fid-dawl tal-importanza akbar li se jkollhom il-Parlamenti Nazzjonali permezz tat-Trattat ta’ Lisbona. |
| Huwa meħtieġ li dan isir | malajr kemm jista’ jkun u li fuq livell nazzjonali, il-Parlament Malti jkompli jwettaq il-bidliet meħtieġa ħalli l-Membri Parlamentari Maltin ikunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom aħjar bħala pajjiż membru fl-UE. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990