JUM DINJI KONTRA L-AIDS
pr2078
01/12/2009
| Diskors | minn Dr. Ray Busuttil, Direttur Ġenerali fil-Qasam tas-Saħħa, fl-okkażjoni tat-tnedija ta` kampanja ta` informazzjoni fuq l-AIDS. |
| “Illum qed nerġa niltaqa magħkom biex għal | darb’ohra nitlob l-għajnuna tagħkom biex inwasslu l-messaġġ tagħna u nfakkru il-Jum Dinji kontra l-AIDS. Din il-ġurnata tigi mfakkra għal skop ewlieni: – dak li nerġgħu nqajmu kuxjenza fuq l-HIV u l-AIDS. Il-marda mhiex qed tħallina ninsewha. Hawn 33.4 miljun persuna tgħix bil-virus tal-HIV madwar id-dinja, u din il-figura qiegħda tizdied kuljum. Fis-sena 2008, kien hemm 2.7 miljun każ ġdid ta’ HIV u 2 miljun ruħ mietu bil-marda ta’ l-AIDS. |
| Dawn il-figuri xejn m’huma sbieħ, iżda din is-sena | għandi messaġġ aktar pożittiv mis-soltu. Aħbar tajba hi li għall-ewwel darba fi tmien snin, qed naraw tnaqqis ta’ infezzjonijiet ġodda tal-HIV, il-virus li jwassal għal-AIDS, madwar id-dinja. Ir-rata naqset bi 17% u dan it-tnaqqis deher fil-kontinenti kollha. It-tnaqqis fin-numru ta’ każi ġodda huwa riżultat ta’ programmi vasti ta’ prevenzjoni. U għalhekk huwa importanti li nkomplu nfakkru dan il-jum, biex il-messaġġ tagħna jkompli jasal. |
| L-infezzjonijiet | trażmessi mis-sess, fosthom l-HIV, huma parti mir-realta’ ta’ pajjiżna wkoll, iżda ir- rata ta’ dan il- mard qiegħda tiżdied f’Malta. Filwaqt li n- nies qed isiru iktar konxji dwar saħħithom u jagħmlu iktar check-ups, din iż-żieda fir-rata ta’ dan it- tip t’ infezzjonijiet tirrifletti wkoll stil ta’ ħajja riskjuza, kemm fiż-żgħażagħ, kif ukoll fl-adulti. |
| Fis | sena 2008, kien hemm sitt każijiet ġodda ta’ AIDS, u tletin każ ġdid ta’ HIV. Filwaqt li kien hemm żieda fil-każijiet ta’ HIV mis-snin ta’ qabel, ma kienx hemm kambjament sinjifikanti fin-numru ta’ persuni li nstabu li kellhom l-AIDS. |
| Il-UNAIDS, li hija aġenzija sponsorjata mill-Għaqda | Dinjija tas-Saħħa, għadha kemm waqqfet dik li tissejjaħ online community, jiġifieri post fuq l-internet fejn kull minn hu interessat fl-HIV u AIDS jista jħalli l-kumment tiegħu u jiddiskuti ma` nies oħrajn dwar din il-marda qattiela. Din l-online community tista tidħol ghaliha fuq AIDSspace.org. L-għan tagħha huwa li kull minn irid jitkellem, jistaqsi jew jaqsam xi informazzjoni dwar HIV u AIDS, jista jiltaqa u jitkellem ma` nies oħrajn li għandhom l-istess interess. Min irid jidħol fuq din is-sit jista jissieħeb fuq www.aidsspace.org |
| Il-UNAIDS | ħasbet biex twaqqaf din l-online community biex b’hekk tkun qed tuża mezzi moderni ta` komunikazzjoni. L-għan ta’ din l-online community hija li jiżdiedu networks informali dwar l-HIV u b’hekk jintirtu u jintużaw ir-riżorsi kollha possibli kontra l-HIV u l-AIDS. Dan is-sit ta’ networking soċjali huwa aċċessibli għal kulħadd bla ħlas u jista jilħqu kulħadd, speċjalment min l-aktar ikollu bżonn l-informazzjoni. |
| Dan kollu jorbot fih it-tema ta’din is-sena | tal-Jum Dinji kontra l-AIDS, li huwa aċċessibilita ghal kulħadd u d-drittijiet umani. Dan il-jum huwa importanti biex jitfakkar li l-HIV għadu magħna u għad hemm ħafna x’isir bl-għajnuna ta’ kulħadd. Aċċess għal kulħadd qed nifhmu aċċess għal prevenzjoni, kura u support, kif ukoll nieħdu ħsieb lil min hu milqut bl-HIV. |
| F’pajjiżna wkoll qed inwasslu messaġġ speċjali | għal dan il-jum, li jorbot mal-prevenzjoni, li hija l-akbar arma li għandna kontra il-virus li jwassal għall-AIDS. Il-messaġġ tagħna fil-video promozzjonali huwa: ‘If you are sexually active, protect yourself’. Naħseb li m’għandix għalfejn naqleb dan l-istatement għall-Malti, imma li bniedem jipproteġi lilu nnifsu kontra din l-infezzjoni għandha tkun priorita ta’ kull persuna li hi attiva sesswalment. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990