TISĦIĦ FIS-SISTEMA TAL-ĠBIR TAL-ISKART F’ĦAD-DINGLI
pr2076
01/12/2009
| Bħala parti mill-inizjattivi tal-Kunsill Lokali | ta’ Ħad-Dingli, biex jassigura li l-ammont ta’ skart riċiklat mil-lokalità jiżdied, b’effett mil-lum, qed tissaħħaħ is-sistema ta’ ġbir ta’ skart fil-lokalità. L-iskart għar-riċiklaġġ permezz tal-borża l-griża se jkun qed jinġabar darbtejn fil-ġimgħa flok darba. Qeda tiġi introdotta bring-in-site oħra biex l-ammont jitla’ għal tlieta, kif ukoll qed tiġi miżjuda ġurnata oħra ta’ meta jinġabar il-bulky refuse fil-lokalità. |
| Dan | kollu huwa fid-direzzjoni li qed jagħti l-Gvern biex il-Kunsilli Lokali jaħdmu sabiex itaffu mill-iskart imħallat li jispiċċa fl-engineered landfill u minflok iżidu l-iskart li jista’ jiġi riċiklat. Il-Kunsill ta’ Ħad-Dingli qed jimmira li f’sena jżid bi kważi erba’ darbiet l-iskart riċiklat minn 860 kilo kif inhu llum għal 2870 kilo. |
| Chris Said, Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, faħħar lil Ħad-Dingli li għalkemm lokalità żgħira qed tagħti s-sehem tagħha biex jintlaħqu l-miri nazzjonali fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart. Dan qed isir ukoll permezz ta’ kampanja edukattiva mar-residenti kollha finanzjata minn GreenMt, li qed tidhol għal ftehim mal-Kunsill ta’ Dingli biex tiġbor b’xejn l-iskart li jmur għar-riċiklaġġ. |
| Is-Segretarju Parlamentari enfasizza | l-importanza ta’ kampanja edukattiva biex tinbidel il-mentalità fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart. Huwa semma kif għaxar snin ilu kienu jiġu vvutati kwart ta’ miljun ewro għall-immaniġġjar tal-iskart u llum qed jiġu vvutati 16-il miljun ewro fis-sena għal dan l-iskop. |
| Chris Said għamel referenza għax-xogħol li qed | isir f’dan il-qasam mill-Wasteserv u l-kunċetti ġodda li daħlu bħall-bring-in-sites mifruxa ma’ Malta u Għawdex u l-ġbir tal-borża l-griża nhar ta’ Tlieta, li llum qed jindraw u qed jiġu użati tajjeb. Hu qal li l-Kunsilli Lokali huma strumentali biex wasalna s’hawn u kien għalhekk li qed jingħataw inċentivi finanzjarji biex jaħdmu u jżidu sostanzjalment l-ammont ta’ skart minn kull lokalità li jmur għar-riċiklaġġ. |
| Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli huwa wieħed | eżemplari fejn jidħol l-ambjent; ingħata l-fondi biex jagħmel studju dwar is-sostenibilità tal-lokalità mill-Gvern; ħa fondi wkoll biex jagħmel pannelli fotovoltajiċi, u qed jaħdem biex iżomm fl-aħjar stat l-ambjent rurali mill-isbaħ tal-lokalità. |
| Dr | Said enfasizza l-importanza tal-indafa u għamel referenza għall-inizjattiva Lokalitajiet Indaf li għadha kemm ingħalqet u li ser terġa’ ssir fl-2010. Din il-Kampanja li ntrebħet il-bieraħ mill-Kunsill Lokali Mellieħa u li fiha pparteċipaw 60 Kunsill, ġiet imnedija biex tinħoloq kuxjenza dwar l-impotanza tal-indafa fil-lokalitajiet kollha. B’hekk jekk kull lokalità tagħmel l-almu tagħha tkun qed twassal biex il-pajjiż kollu jinżamm nadif. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990