L-AMBAXXATI MALTIN DEJJEM AKTAR IMFITTXIJA MILL-MALTIN BARRA MINN MALTA: 18-IL ELF KUNTATT SAL-AĦĦAR TA’ NOVEMBRU 2009
pr2070
01/12/2009
| Sal-aħħar ta’ Novembru, kien hemm iktar minn | 18-il elf kuntatt bejn ċittadini Maltin u s-27 Ambaxxata li Malta għandha mifruxa madwar id-dinja. Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg qal li jidher li se tkun sena rekord fejn jidħlu l-ammont ta’ kuntatti tal-Maltin mal-Ambaxxati. B’kollox sa issa kien hemm ukoll 550 kuntatt minn investituri barranin mal-Ambaxxati Maltin matul din is-sena. |
| Dawn iċ-ċifri huma frott il-ħidma li l-Ministeru | tal-Affarijiet Barranin qed iwettaq biex ikun dejjem iktar qrib iċ-ċittadin Malti, mhux biss f’pajjiżu iżda wkoll barra minn xtutna. F’din il-leġislatura, dan il-Ministeru poġġa fuq quddiem nett ta’ l-aġenda tiegħu l-bżonn li l-Ambaxxati jkunu dejjem iktar qrib tal-Maltin u fl-istess waqt ikunu ta’ vetrina għal pajjiżna fejn jidħol investiment u turiżmu. |
| Dawn il-kuntatti kienu jirrigwardjaw diversi | temi bl-iktar tlieta komuni jkunu telf ta’ passaporti, dokumenti jew flus waqt vaganza, problemi ta’ vjaġġar kif ukoll problemi ma’ forzi tas-sigurtà ta’ dak il-pajjiż partikolari. |
| Din il-ħidma qed tisseddaq bix-xogħol | diplomatiku li l-Ministeru qed iwettaq; ta’ min ifakkar li fl-ewwel tmintax-il xahar ta’ din il-leġislatura ġew iffirmati għadd kbir ta’ ftehim ma’ diversi pajjiżi. Fosthom ta’ min isemmi l-14-il ftehim mill-ħelsien tat-taxxa doppja. Dawn jgħinu sabiex ikompli jitkattar l-interess għall-investiment f’pajjiżna. |
| Dwar | l-investiment, ta’ min isemmi l-ħidma li qed iwettqu l-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin barra minn Malta, fejn fost l-oħrajn qed ikunu vitali biex jattiraw investiment ġdid bil-kuntatti li huma jkollhom. L-investiment li tħabbar mill-Prim Ministru ftit tal-ġranet ilu li se jsir mill-SR Technics f’Malta u li se joħloq ‘il fuq minn 350 impjieg ġdid f’pajjiżna, huwa eżempju tal-kollaborazzjoni u s-sinerġija li teżisti bejn l-ambaxxati Maltin, f’dan il-każ, il-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra u s-setturi Maltin li għandhom x’jaqsmu mal-investiment. |
| Matul l-2009 il-Ministeru tal-Affarijiet | Barranin saħħaħ ir-rwol tiegħu bħala għodda f’idejn l-investituri Maltin u barranin biex jiffaċilita l-investiment dirett barrani f’pajjiżna, u jkun ukoll ta’ għajnuna għan-negozjanti u l-professjonisti Maltin li jixtiequ jkabbru n-negozju tagħhom barra minn Malta. Dan għamlu billi mhux biss organizza delegazzjonijiet u żjarat kummerċjali, iżda wkoll fassal politika ewlenija biex jindirrizza l-bżonnijiet f’dan is-settur. |
| Il-koordinament u s-sinerġija fil-qasam | tal-investiment u l-kummerċ isir mill-qrib ukoll mal-Malta Enterprise, il-Finance Malta u l-Kamra tal-Kummerċ. |
| Din is-sinerġija dehret biċ-ċar matul din | is-sena fejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, flimkien mal-Malta Enterprise, organizza tliet żjarat kummerċjali fejn delegazzjoni akkumpanjat lill-President ta’ Malta fiż-żjarat statali. B’kollox matul din il-leġislatura kienu erbgħa d-delegazzjonijiet kummerċjali li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin organizza: fil-Portugall, fl-Ukraina, fil-Polonja u fil-Qatar. |
| Din is-sena kienet waħda impenjattiva | fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti importanti fosthom il-ftuħ tal-Uffiċċju ta’ Koordinament bejn il-Kummissjoni u l-Lega Għarbija li nfetaħ fl-ewwel ġimgħat ta’ Ottubru. Uffiċċju li ta riklam tajjeb lil Malta speċjalment bil-preżenza tal-Kummissarju Ewropew Benita Ferrero Waldner u tal-President tal-Lega Għarbija Amre Moussa. |
| Suċċess ieħor għal pajjiżna, u li għalih | il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħadem bis-sħiħ, huwa li pajjiżna ntgħażel mill-Istati Membri Ewropej sabiex jospita l-Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn dwar l-Ażil. Malta kienet fost 3 pajjiżi li wrew interess li jospitaw dan l-uffiċċju flimkien mal-Bulgarija u ma’ Ċipru. Malta għamlet l-aħjar użu mill-kuntatti diplomatiċi tagħha, fosthom l-Ambaxxati u l-Konsolati Maltin li ħadmu bis-sħiħ għal din il-kisba. Kien strumentali wkoll ir-rwol tar-Rappreżentant Permanenti għall-Malta fl-Unjoni Ewropea Richard Cachia Caruana li kien il-koordinatur ta’ din il-ħidma. |
| Din is-sena, f’Malta ġiet organizzata wkoll | il-Konferenza tal-Konsli Onorarji li jirrappreżentaw lill-pajjiżna barra minn xtutna. F’Marzu l-Ministeru laqqa’ madwar tmenin Konslu Onorarju u negozjanti Maltin fejn ġew organizzati aktar minn erba’ mitt appuntament bil-għan li jiġu identifikati swieq partikolari. |
| Matul is-sajf saret il-Laqgħa Annwali | tal-Ambaxxaturi Maltin barra minn Malta. Fiha l-Viċi Prim Ministru Tonio Borg ta direzzjoni ċara li dawn għandhom iservu ta’ vetrina għall-Malta fil-qasam tal-investiment u t-turiżmu. |
Għal aktar tagħrif dwar il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-ħidmiet tiegħu, kif ukoll għal informazzjoni dwar l-Ambaxxati Maltin barra minn Malta, wieħed jista’ jaċċessa s-sit tal-Ministeru www.foreign.gov.mt
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990