Left arrow Go Back

Il-Mellieħa tikseb l-ewwel post fl-Inizjattiva ‘Lokalitajiet Indaf’

pr2067
Date Icon 30/11/2009
Il-KunsilliLokali tal-Mellieħa, Żejtun, Nadur u Isla llum ġew ippremjati €60,000 bejniethom mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, Chris Said, għall-inizjattivi marbuta mal-indafa fil-lokalitajiet tagħhom.  L-ewwel post inkiseb mil-lokalità tal-Mellieħa.
L-inizjattiva ‘Lokalitajiet Indaf’ ġiet imnedijafil-bidu ta’ Awwissu mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. Għal dan il-premju pparteċipaw 60 Kunsill Lokali, jiġifieri 88% tal-Kunsilli Lokali.
Chris Saidstqarr li din il-Kampanja ta’ tindif ġiet imnedija iex tinħoloq kuxjenza dwar l-importanza tal-indafa fil-lokalitajiet kollha u b’hekk, jekk kull lokalità tagħmel l-għalmu tagħha tkun qed twassal biex il-pajjiż kollu jinżamm nadif. Din il-kampanja tixhed ukoll li f’pajjiżna sar progress kbir f’dik li hi indafa pubblika, u parti essenzjali minn dan il-progress hu mertu tax-xogħol li jagħmlu l-Kunsilli Lokali kemm ilhom imwaqqfa’, qal is-Segretarju Parlamentari. Dan il-progress sar permezz ta’ kampanji edukattivi fil-lokalitajiet dwar l-indafa, bis-sistemi ta’ ġbir ta’ skart, bis-sistema ta’ bring-in sites u l-aktar bis-separazzjoni tal-iskart li issa jidher li daħal b’mod regulari f’kull lokalità.
L-inizjattivi tal-Kunsilli Lokali tkejlu fuq 10kriterji, fosthom l-indafa ġenerali fil-lokalità; attività ta’ tindif bis-sehem tar-residenti u għaqdiet mhux governattivi lokali; l-indafa fil-Playing Fields u ġonna pubbliċi; kif ukoll ideat innovattivi dwar kif tinżamm l-indafa fil-lokalità u jitwassal messaġġ lir-residenti biex jaħdmu favur l-indafa.
56 Kunsilli Lokali qabżu l-50% tat-total kollutal-marki waqt li  7 Kunsilli qabżu l-75% tal-marki, u dan ifisser li b’mod ġenerali l-livell tal-indafa tal-maġġoranza tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin huwa sodisafċenti ħafna, kompla jgħid Chris Said. Hu rrimarka li l-Bord tal-Evalwazzjoni nnota li l-biċċa l-kbira tal-Kunsilli Lokali ħadu l-parteċipazzjoni tagħhom bl-akbar serjetà u wrew interess, impenn u entużjazmu.
Is-Sindkutal-Mellieħa Robert Cutajar stqarr li dan huwa unur li jikkumplimenta l-premju li rebħet il-lokalità tal-Mellieħa bħala destinazzjoni ta’ eċċellenza mill-Kummissjoni Ewropea. Hu rringrazzja lill-komunità kollha Melliħija tal-impenn tagħha, li tinkludi lill-għaqdiet tal-lokal, il-kuntratturi tal-Environmental Landscape Consortium, id-dipartiment tal-Public Cleansing, il-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u u l-kuntratturi tal-Kunsill tal-Mellieħa. Is-Sindku rringrazzja wkoll lill-wardens u lill-pulizija li jgħinu fl-infurzar lokali fil-Mellieħa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow