Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

pr2062
Date Icon 29/11/2009
Saret drawwa ta’ kull nhar ta’ ħadd li l-Kap ta’l-Oppożizzjoni Joseph Muscat jagħmilha biss ta’ messaġġier.
L-istess Kap ta’ l-Oppożizzjoni issa qed jeħodhakontra l-Ministru Austin Gatt għax wara l-allegazzjonijiet li saru nhar il-Ġimgħa li għadda, talab lill-kumpanija BWSC tispjega x’inhuma li dawn l-allegazzjonijiet humiex minnhom jew le. Joseph Muscat qed jeħodha bi kbira u qed jagħmel issue għax il-Ministeru kien trasparenti u ippubblika l-korrispondenza kollha li għaddiet bejn iż-żewġ partijiet min-nhar il-Ġimgħa ‘l hawn.
Mhuxhekk biss imma f’siegħa sħiħa jitkellmu dwar l-istess suġġett, kemm il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni kif ukoll id-Deputat Laburista Evarist Bartolo ippuvaw jirredikolaw lill-Pulizija Daniża u lis-sistema legali Daniża għax skont huma ma jaġixxux u ma jrażżnux il-korruzzjoni.
Jekkverament m’għandux faħam miblul, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u l-Kelliem tiegħu għandhom jressqu wkoll lil min ipprovdielhom l-informazzjoni quddiem l-Awditur Ġenerali – persuni li skont Evarist Bartolo għamlu dan għal ġid tal-pajjiż u għall-ebda raġuni oħra.
Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qed jinsa fatturimportanti. L-ebda Ministru mhu responsabbli mix-xiri ta’ powerstation, wisq anqas jiddeċiedi mingħand min għandha tinxtara. Il-proċess irid isir skont il-liġi ta’ Malta. F’dan il-każ seħħ hekk ukoll u meta kien hemm il-perjodu għall-appell ħadd mit-tliet kumpaniji shortlisted m’appella.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow