STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦARI-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI, B’reazzjoni għal-istqarrija tad-Deputat Laburista Roderick Galdes.
pr2057
28/11/2009
| B’reazzjoni | għall-istqarrija tal-Onor Roderick Galdes intitolata ‘It-Tnehhija tal-Monument tas-Sette Giugnio 1919 minn Pjazza San Gorg: Insensittivita’, Arroganza u Ksur tal-Permess’, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jerġa jieħu l-okkażżjoni biex, kif diġa ntqal għal diversi drabi fil-pubbliku u saħansitra fil-Parlament, il-monument tas-Sette Giugnio se jkun inkorporat fil-proġett tal-bini tal-parlament il-ġdid. |
| Dan se jsir biex ir-rabta storika | tal-ġrajjiet marbuta mal-ġurnata tas-7 ta’ Ġunju tal-1919 jibqgħu jiġu mfakkra u marbuta mal-Parlament innifsu. L-Onorevoli Galdes fis-superfiċjalita’ tiegħu għażel xorta li jikteb stqarrija bla bażi sabiex jipprova jimmina dan il-proġett ta’ tisbiħ ta’ din il-pjazza prinċipali fil-qalba tal-Belt Kapitali tagħna. |
l-Ministeru jieħu din l-okkażjoni biex jistieden lill-pubbliku in ġenerali sabiex jipparteċipa fl-attivitajiet li se jkunu organizzati b’rabta mal-ftuħ ta’ din il-pjazza li qed tingħata lura lin-nies fi spazju miftuħ għar-rikreazzjoni tal-familji. Għal-aktar informazzjoni wieħed jista jżur is-sit eletroniku www.mrra.gov.mt
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990