IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI JINDIRIZZA L-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U KULTURA
pr2053
27/11/2009
| “Iż-żgħażagħ | mhumiex biss il-ġenerazzjoni tal-futur, iżda huma wkoll riżorsa importanti li tikkontribwixxi għas-soċjetà tal-lum. Dan għandna nżommuh f’moħħna meta nfasslu l-politika.” |
| Dan qalu s-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza l-Kunsill tal-Ministri Ewropej tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Kultura. |
| Dan il-Kunsill | tal-Ministri huwa meqjus bħala wieħed kruċjali għal-futur tal-Politika Ewropea dwar iż-Żgħażagħ, hekk kif fih ġie diskuss il-qafas ta’ kooperazzjoni f’dan is-settur għall-perjodu bejn l-2010 u l-2018. Dan seta’ jsir wara li saret evalwazzjoni tal-qafas ta’ kooperazzjoni li kopra l-perjodu bejn l-2001 u l-2009 u anke saret konsultazzjoni wiesgħa mal-ġenerazzjoni żagħżugħa. Din il-konsultazzjoni wasslet ukoll biex aktar kmieni matul din is-sena ġiet ippubblikata strateġija mill-Kumissjoni Ewropea intitolata “An EU Strategy for Youth – Investing and Empowering”. Fil-fatt dan id-dokument kien bażi soda biex inbena dan il-qafas ġdid ta’ kooperazzjoni. |
| Il-Ministri | Ewropej qablu li dak li sar matul l-aħħar snin, wassal biex inbniet bażi soda f’dan il-qasam u llum grazzi għal-Politika Ewropea, iż-żgħażagħ qed jingħataw aktar importanza fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. |
| Għaldaqstant dan | il-qafas ġdid ta’ kooperazzjoni se jwassal għal aktar benefiċċji għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Fost l-għanijiet ewlenin ta’ dan il-qafas hemm dak li jiżdiedu aktar l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ fil-qasam edukattiv u fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll se jkompli jemfasizza ċittadinanza attiva, inklużjoni soċjali u solidarjetà fost iż-żgħażagħ. |
| Minbarra dan, | il-qafas ta’ kooperazzjoni se jkun qed jindirizza wkoll tmien oqsma li huma meqjusa importanti: l-edukazzjoni u t-taħriġ, ix-xogħol u l-intrapriża, saħħa, parteċipazzjoni attiva, volontarjat, inklużjoni soċjali, iż-żgħażagħ f’kuntest dinji u l-kreattività u l-kultura. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990