Left arrow Go Back

Spanja se tappogja lil Malta fil-kandidatura taghha li tospita l-Ufficcju Ewropew ta’ Sostenn dwar l-Azil

pr2040
Date Icon 26/11/2009
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin SpanjolMiguel Angel Moratinos Cuyaube’ ħabbar li Spanja se tappoġġja l-kandidatura ta’ Malta sabiex tospita tospita l-Uffiċċju Ewropew ta’ Sostenn dwar l-Ażil. “Spanja tifhem il-problema ta’ Malta dwar l-immigrazzjoni illegali u għaldaqstant se tkun qed tpoġġi din il-problema bħala waħda mill-prioritajiet tal-Presidenza Spanjola tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel sitt xhur tas-sena id-dieħla. Irridu nġibu riżultati konkreti f’dan ir-rigward. Il-Frontex se tingħata rwol ġdid sabiex tkun iktar effiċjenti. Il-Presidenza Spanjola se tkun f’kuntatt mill-viċin ma’ Malta, Greċja u Ċipru biex flimkien nsibu iktar soluzzjonijiet. Il-proġett pilota tal-Unjoni Ewropea li nħoloq wara pressjoni ta’ Malta qed jaħdem iżda issa jmiss li nibnu fuqu” stqarr il-Ministru Moratinos.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Dr Tonio Borg, f’isem il-poplu Malti rringrazzja lil Ministru Spanjol għal impenn ta’ pajjiżu f’dan ir-rigward.
Dantħabbar ftit wara li ġew iffirmati sitt ftehim bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-ftehim huma riżultat ta’ xhur sħaħ ta’ ħidmau diskussjonijiet  bejn iż-żewġ pajjiżi. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, hekk kif ġew iffirmati il-ftehim, il-Viċi Prim Ministru esprima s-soddisfazzjon tiegħu għar-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u Spanja. Dawn il-kisbiet se jkunu qed isaħħu u jkattru l-koperazzjoni bilaterali fuq numru ta’ setturi importanti bejn dawn iż-żewġ stati membri.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg qal li Malta u Spanja għandhom jaqsmu bejnithom esperjenzi u viżjoni komuni fuq għadd ta’ kwistjonijiet li huma ta’ importanza għalihom. Matul it-taħditiet li saru fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Dr Tonio Borg qal li ż-żewġ partijiet iddiskutew il-mod ta’ kif se jsaħħu l-investiment u l-kummerċ bejniethom u jiffaċilitaw iktar l-opportunitajiet għall-iktar investimenti u xogħol bejniethom.
Il-Ministru Moratinos innota li Malta u Spanjagħandhom ikomplu jaħdmu iktar mill-qrib fis-settur turistiku. Minkejja li kien hemm tnaqqis fit-turiżmu fl-aħħar sena, ta’ min jinnota li t-turisti minn Spanja żdiedu fl-aħħar sena. Dan huwa riżultat ta’ rotot ġodda tal-ajru bejn Malta u Spanja.
Spanja se jkollha l-Presidenza tal-UnjoniEwropea fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla. Dwar dan il-Viċi Prim Ministru enfasizza l-isfidi li għandha Malta u appella għall-koperazzjoni ta’ Spanja biex tgħin lill-Malta fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali.
Dawnis-sitt ftehim iffirmati llum jindirizzaw diversi setturi, fosthom l-investiment, il-kultura u l-edukazzjoni. Il-Ministeru ffirma wkoll ftehim ta’ koperazzjoni mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta’ Spanja.  Flimkien ma’ dawn il-kisbiet, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iffirma dikjarazzjoni konġunta biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn iż-żewġ ministeri.

Il-Ftehim iffirmati huma dawn:

Memorandum of Understandingfuq it-twaqqif ta’ Kumitat Konġunt bejn Malta u Spanja fuq il-Merkanzija tal-Baħar (Merchant Shipping). Dan l-arranġament se jkun qed jindirizza l-possibbilta’ għal koperazzjoni f’fora internazzjonali fuq materji relatati ma’ affarijiet marittimi u l-possibiltajiet ta’ riċerka, koperazzjoni fuq taħriġ fit-trasport marittimu, is-sigurta’ marittima, il-protezzjoni tal-ambjent marittimu, kif ukoll materji oħra relatati mas-settur tal-baħar.
Koperazzjoni bejn l-Iskola Diplomatika Spanjolau l-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi (MEDAC). Dan se jkun qed iwassal għall-iktar possibbiltajiet ta’ taħriġ għad-diplomatiċi taż-żewġ pajjiżi.
Ftehim dwar Programm ta’ Koperazzjoni fl-oqsmatal-Kultura, l-Edukazzjoni u x-Xjenza għas-snin 2009-2012. L-ewwel ftehim li kien iffirmat bejn Malta u Spanja kien fl-1976 u minn dakinhar ‘l hawn ir-rabtiet bejn dawn iż-żewġ pajjiżi issaħħu fl-oqsma tal-edukazzjoni, kultura u x-xjenza.
Memorandum of Understandingdwar il-Koperazzjoni fis-settur tal-Wirt Kulturali. Dan se jkun qed jippermetti skambji ta’ nies esperti fis-settur, ta’ dokumenti u materjali marbuta mal-mużewijiet. Kif ukoll koperazzjoni fl-oqsma tal-konservazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali u l-promozzjoni tal-kultura u t-turiżmu marbut ma’ dan is-settur partikolari.
Memorandum of Understandingdwar l-arkivji bejn Malta u Spanja. Dan se jkun qed jippermetti it-twaqqif ta’ proġetti marbuta mal-arkivji; mat-teknoloġija moderna f’dan is-settur li tgħin biex ikun hemm iktar skambji ta’ materjali arkivjati f’forom moderni.
Ftehim dwar Programm ta’ Skambji bejn iż-żewġpajjiżi fuq Language Assistants. Dan se jgħin sabiex jitfasslu programmi li jsaħħu l-għaqda fil-ħidma bejn iż-żewġ Lingwi.

Economic Indicators

Malta – Spain Comparative Economic Indicators

SELECTED ECONOMIC INDICATORS

Economic Indicator

Malta

Spain

Population (million)

413,627

45,828,172

Growth rate (%)

0.4

0.07

Real GDP growth rate - 2008 (%)

2.1

0.9

Real GDP growth rate 2009 (%)

-0.9

-3.2

Unemployment Rate – July 2009 (%)

7.2

18.5

SELECTED ECONOMIC INDICATORS

Economic Indicator

Malta

Spain

Population (million)

413,627

45,828,172

Growth rate (%)

0.4

0.07

Real GDP growth rate - 2008 (%)

2.1

0.9

Real GDP growth rate 2009 (%)

-0.9

-3.2

Unemployment Rate – July 2009 (%)

7.2

18.5

Source:  Eurostat

SELECTED ECONOMIC INDICATORS

Economic Indicator

Malta

Spain

Population (million)

413,627

45,828,172

Growth rate (%)

0.4

0.07

Real GDP growth rate - 2008 (%)

2.1

0.9

Real GDP growth rate 2009 (%)

-0.9

-3.2

Unemployment Rate – July 2009 (%)

7.2

18.5

Source: NSO

SELECTED ECONOMIC INDICATORS

Economic Indicator

Malta

Spain

Population (million)

413,627

45,828,172

Growth rate (%)

0.4

0.07

Real GDP growth rate - 2008 (%)

2.1

0.9

Real GDP growth rate 2009 (%)

-0.9

-3.2

Unemployment Rate – July 2009 (%)

7.2

18.5

Inboundtourists in 2008                                                                                   49,497
Outbound tourists in 200815,471

Source: NSO

Number of Spanish companies investing in Malta:                                                          6

SELECTED ECONOMIC INDICATORS

Economic Indicator

Malta

Spain

Population (million)

413,627

45,828,172

Growth rate (%)

0.4

0.07

Real GDP growth rate - 2008 (%)

2.1

0.9

Real GDP growth rate 2009 (%)

-0.9

-3.2

Unemployment Rate – July 2009 (%)

7.2

18.5

Source: NSO

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow