Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JIBDA ŻJARAT FL-ISKEJJEL TA’ MALTA U GĦAWDEX

pr2035
Date Icon 24/11/2009
Dalgħodul-President George Abela żar il-Kulleġġ San Benedittu hekk kif nieda żjarat li mistenni jagħmel mal-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex. Il-President Abela, akkumpanjat mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Dolores Cristina u l-Prinċipal tal-Kulleġġ Marilyn Sciortino, iltaqa’ ma’ studenti, għalliema u anke ġenituri.
Iż-żjara bdiet fl-iskola Primarja ta’Birżebbuġia fejn iltaqa’ mal-istudenti tas-sitt sena li waqt diskussjoni mmexxija mill-istudenti stess esprimew l-esperjenza tagħhom fl-iskola. Il-President Abela sema’ b’attenzjoni dawn l-esperjenzi u nnota kif kull min tkellem huwa b’xi mod involut f’attivitajiet oħrajn fl-iskola li jmorru lil hinn mis-suġġetti akkademiċi bħall-ambjent, l-isports u kumitati. Hawnhekk il-President Abela faħħar dan il-kontribut u qal li b’hekk it-tfal ikunu qed jikbru b’mod sħiħ għaliex :“Is-sehem tagħna fil-komunità jagħmilna ċittadini denji ta’ pajjiżna”
Il-President żar skejjel oħrajn fi ħdanil-Kulleġġ, kemm primarji u sekondarji fejn f’kull skola kien hemm attenzjoni partikolari fuq karatteristika tal-iskola. Fl-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq iltaqa’ ma’ diversi gruppi ta’ ġenituri li jagħmlu xogħol differenti bl-idejn biex isebbħu l-iskola u jagħmlu ambjent isbaħ fejn uliedhom jitgħallmu.  Fil-Junior Lyceum tal-Bniet f’Santa Luċija, il-President Abela segwa lezzjoni tal-ġeografija permezz ta’ interactive board u oħra tal-arti permezz tal-PDAs –eżempju tal-użu tal-ICT fl-iskejjel.
Fl-iskola tal-Primarja f’Ħal Safi, il-PresidentGeorge Abela kien akkumpanjat minn żewġ studenti ċkejknin li jagħmlu parti mill-kunsill tal-istudenti, u dawruh mal-iskola. F’din l-iskola huwa segwa wkoll preżentazzjoni mit-tfal li ħadu sehem fil-programm EkoSkola fejn l-iskola rebbħet il-premju tal-fidda. Il-President George Abela temm iż-żjarat tiegħu fl-iskola sekondarja tas-Subien f’Ħal Kirkop fejn ra l-attivitajiet extra-kurrikulari li jinkludu diversi tipi ta’ sports: football, rugby, table tennis u snooker fost l-oħrajn. Hawnhekk il-President kellu l-okkażjoni jilgħab billiard u anke l-logħba tat-table tennis mal-istudenti. Ma setax jonqos li l-President iżur ic-Chess Accademy tal-Kulleġġ.
Il-President Abela esprima l-pjaċir tiegħujiltaqa’ mal-istudenti tal-Kulleġġ San Benedittu u qal li l-edukazzjoni f’pajjiżna mxiet ‘il quddiem u qed toffri l-aħjar lit-tfal li qed jitħarrġu b’mod sħiħ. Dan qed jiggarantixxi soċjetà b’saħħitha. Irringrazzja lid-diriġenti tal-edukazzjoni f’pajjiżna speċjalment lill-għalliema li b’tant dedikazzjoni jfittxu modi differenti ta’ taħriġ u jagħmlu t-tagħlim iktar attraenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow