Left arrow Go Back

Tfal tal-iskola Primarja jiddisinjaw il-Kartolina Uffiċjali tal-Milied tal-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi

pr2033
Date Icon 24/11/2009
Il-Prim Ministru us-Sinjura Gonzi dalgħodu żaru l-Iskola Primarja ta’ Santa Venera, li tagħmel parti mill-Kulleġġ Santa Tereża. Din l-iskola ntgħażlet biex tagħmel il-Kartolina Uffiċjali tal-Milied tal-Prim Ministru, li fost l-oħrajn tintbgħat lill-Mexxejja ta’ Pajjiżi Barranin.
Din hija r-raba’sena li l-Kartolina uffiċjali tal-Milied tal-Prim Ministru qed issir mit-tfal.
Waqt iż-żjara ta’dalgħodu, il-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi ltaqgħu mat-tfal kollha tal-iskola waqt li fl-iskola kienet għaddejja attività sħiħa marbuta mal-Milied. It-tfal tal-Ħames Sena kienu qed ilestu l-Kartolina tal-Prim Ministru,  kif ukoll l-e-card tal-Milied.
Il-Materjal kollhuli ntuża kemm għall-kartolina kif ukoll fit-tizjin tal-Milied tal-Iskola huwa magħmul minn materjal riċiklat.
Fi tmiem iż-żjara,il-Prim Ministru qal li “fid-dinja ta’ llum l-importanza tal-ambjent żdied u għalhekk anke fil-Milied nistgħu nagħmlu l-almu tagħna biex inħarsu l-ambjent filwaqt li nżejnu għal dan iż-żmien. L-inizjattiva li ħadtu intom li tirriċiklaw l-iskart billi tagħmluhom forma ta’ dekorazzjonijiet, tibgħat messaġġ ċar lill-bqija tat-tfal u lill-familji biex huma wkoll jimxu wara l-eżempju tagħkom”.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow