MALTA U R-RUSSJA SE JIKKOLABORAW IKTAR MILL-VIĊIN
pr2032
24/11/2009
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin l-Onor Dr Tonio Borg kellu taħdtiet bilaterali illum f’Moska mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Viktorovich Lavrov. |
| Matul id-diskussjonijiet, il-Viċi Prim Ministru | ta ħarsa lejn ir-rwol ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u kif l-ekonomija Maltija evolviet fl-aħħar għoxrin sena. |
| Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg enfasizza | l-bżonn li tissaħħaħ iktar ir-relazzjoni kummerċjali bejn iż-żewġ naħat, dan għaliex hemm potenzjal qawwi li jiżdied l-investiment dirett mir-Russja, kif ukoll li negozjanti Maltin jesploraw dak li joffri s-suq Russu. Malta tesporta lejn ir-Russja żewġ miljun ewro fis-sena u attwalment hawn 307 kumpaniji Russi reġistrati f’Malta. Fit-taħditiet ġie diskuss wkoll il-bżonn li jintlaħaq ftehim dwar il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja li jiffaċilita aktar l-investiment bejn iż-żewġ pajjiżi. |
| Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Russja | Sergei Lavrov esprima l-gratitudni tar-Russja għal Malta fil-koperazzjoni tagħha biex ikun solvut il-każ MV ‘Arctic Sea’, il-vapur li kien rrapurtat nieqes fl-Atlantiku dan is-sajf li għadda. Lavrov stqarr f’konferenza tal-aħbarijiet li “din il-problema kienet risolta b’suċċess, u r-relazzjoni ta’ ħbiberija bejn iż-żewġ pajjiżi ikkontribwiet għal dan.’ |
| Fit-taħditiet issemma wkoll l-bżonn li jitħaffef | il-proċess tal-viża speċjalment minħabba l-fatt li t-turisti Russi qed juru dejjem iktar interess li jiġu Malta fuq btala. |
| Matul iż-żjara uffiċjali li qed jagħmel | fir-Russja, il-Viċi Prim Ministru Dr Tonio Borg kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Cecilia Attard Pirotta, kif ukoll mill-Ambaxxatur Malti għar-Russja Charles Inguanez. |
| F’din iż-żjara Dr Tonio Borg inawgura l-Konsulat | Malti fir-Russja li jinsab f’’Donskaya Street’, Moska. |
| Wara | t-taħditiet uffiċjali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, Dr Tonio Borg kien intervistat mill-ITAR – TASS News Agency, u iktar tard għamel intervista televiżiva mar-Russia Today Televesion Channel. |
Sitwazzjoni Ekonomika fir-Russja
| Attwalment, l-indikaturi ekonomiċi | għall-Federazzjoni Russa jindikaw li r-rata ta’ qgħad telgħet għall-6.4 fil-mija, filwaqt li l-inflazzjoni qiegħda fuq il-livell ta’ 14.1 fil-mija. Il-Prodott Gross Domestiku per capita fl-2009 huwa stmat li jilħaq l-€10,225. |
| L-għadd ta’ turisti Russi li ġew Malta fl-2008 | kien ta’ 23,3412, żieda ta’ seba’ fil-mija fuq l-2005. |
| L-iktar oġġetti trasportati lejn ir-Russja minn | Malta huma dawk marbuta mal-Mediċinali u l-plastik. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en