Left arrow Go Back

Il-ħolqien tal-impjiegi fiċ-ċentru tal-Programm Nazzjonali  ta’ Riforma

pr2029
Date Icon 24/11/2009
Il-ħolqien tal-impjiegi u l-għoti ta’ inċentivibiex aktar persuni jidħlu fid-dinja tax-xogħol huma fil-qofol tal-ħidma tal-Gvern, kif jixhed ir-rapport dwar il-progress imressaq fil-kuntest tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2008-2010.
Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, tal-Ekonomija uInvestiment Tonio Fenech waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ta rendikont tal-progress tal-pajjiż biex jilħaq il-miri ndikati għal dan il-perjodu ta’ żmien.
F’dan il-kuntest huwa fakkar fl-inizjattivital-Gvern biex iħajjar iktar nisa u anzjani jiħdlu fid-dinja tax-xogħol, fosthom l-inċentiv ta’ sena bla taxxa għan-nisa li jidħlu lura għax-xogħol u d-dritt tal-pensjonanti li jibqgħu jaħdmu bla ma jitilfu l-pensjoni. Sa mill-2006, inħarġu €3.2 miljun f’refunds lil dawn in-nisa, €2.1 minnhom is-sena l-oħra biss. B’kollox ibbenefikaw minnhom 3,652 mara. Fl-istess waqt, illum insibu li  3,400 persuna ‘l fuq minn 61 persuna għandha impjieg full-time u 5,000 persuna xogħol part-time u li jirċievu l-pensjoni wkoll.
Tonio Fenech spjega wkoll li t-tnaqqis tat-taxxafuq id-dħul f’budgets konsekuttivi, u li ħallew mal-€154 miljun  addizzjonali fi bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin, huwa wkoll inċentiv ieħor li jħajjar aktar persuni jidħlu fid-dinja tax-xogħol jew jagħżlu li jagħmlu xi forma ta’ xogħol addizzjonali. Huwa fakkar kif grazzi għal dawn ir-reviżjonijiet, illum għandna 38% tal-ħaddiema li jaħdmu bi qliegħ f’pajjiżna li jaqgħu proprju fil-faxxa ta’ 0% taxxa.
Il-Ministru Fenech  ta ħarsa lejn numru ta’oqsma  oħra, fosthom ir-riforma tat-trasport pubbliku, iż-żieda fl-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-investimenti fil-qasam tal-bidla tal-klima.

Id-dokument jista’ jitniżżel minn http://www.mfei.gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow