Left arrow Go Back

Il-Kawżi pendenti fil-Qorti ta’Għawdex jonqsu b’ 36%

pr2028
Date Icon 24/11/2009
Il-Ministerutal-Ġustizzja u l-Intern jinnota b’sodisfazzjon it-tnaqqis fl-ammont ta’ kawżi pendenti li ġie rreġistrat ġewwa l-Qorti t’Għawdex matul din is-sena s’issa.
L-aktarstatistika reċenti tat-tielet kwart ta’ din is-sena turi li ġewwa l-Qorti ta’ Għawdex fl-aħħar ħames snin kien hemm tnaqqis fil-kawżi pendenti b’36% sija fil-Prim’Awla kif ukoll quddiem l-Qorti tal-Magistrati (Ċivili).
Fil-fatt, fejnħames snin ilu fil-Prim’Awla kien hemm 1,326 każ pendenti, illum dan niżel għal 862 - jiġifieri 35% inqas. Fil-Qrati tal-Maġistrati l-ammont ta’ kawżi pendenti niżel minn 236 fis-sena 2004 għal 139 fit-tielet kwart tas-sena – jiġifieri tnaqqis ta’ 41%.  Fl-aħħar tliet snin sat-tielet kwart tas-sena 2009 ġew deċiżi 1,070 kawża, filwaqt li ġew irreġistrati 774 kawża ġdida.
B’reazzjoni għaldin l-istatistika pożittiva, l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Carm Mifsud Bonnici qal: “Irrid nirringrazzja b’mod partikolari liż-żewġ Maġistrati li hemm Għawdex li ma’ kull sena qegħdin iżidu fin-numru ta’ sentenzi maqtugħa u qed inaqqsu sew il-back-log tal-kawżi.
Madanakollu, dinl-istatistika mhux biss hija ċertifikat għall-Qorti t’Għawdex, iżda hija in parti wkoll frott tal-ħidma kontinwa tal-Gvern biex iżid l-effiċjenza fil-Qrati permezz tal-introduzzjoni ta’ sistemi u għodod legali ġodda.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow