Left arrow Go Back

JOHN DALLI NOMINAT KUMMISSARJU EWROPEW

pr2027
Date Icon 23/11/2009
Wara laqgħa tal-Kabinett li nżammet illum ġiedeċiż li l-Gvern Malti jinnomina lill-Ministru tal-Politika Soċjali John Dalli bħala l-Kummissarju Malti fil-Kummissjoni Ewropea li jmiss.
Il-lejla l-Prim Ministru tkellemmal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose’ Manoel Barrasso u infurmah bin-nomina tal-Gvern Malti.
Din hi t-tieni darba li Malta qed tinnominaKummissarju minn meta pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004.
John Dalli twieled Ħal Qormi fil-5 ta’Ottubru 1948. Hu okkupa diversi karigi għolja fl-amministrazzjoni finanzjarja fil-management f’Malta u Brussel. Hu ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Malti fl-1987 u kien maħtur Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Industrija. F’Mejju 1990 hu inħatar Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi. Bħala Ministru, f’leġislaturi differenti, hu kien responsabbli ta’ diversi oqsma oħra fosthom il-Finanzi, l-Industrija, l-Ekonomija u l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Investiment. Wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2008, John Dalli inħatar Ministru tal-Politika Soċjali responsabbli wkoll mis-saħħa, mill-anzjani, mit-taħriġ u l-impjiegi, mir-relazzjonijiet industrijali u mid-djar. Hu miżżewwġ lil Josette nee’ Callus u għandhom żewġt ulied.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow