Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT LAQGĦA TAL-CORE GROUP TAL-MEUSAC – Il-Belt Valletta -  IT-TNEJN 23 TA’ NOVEMBRU 2009

pr2024
Date Icon 23/11/2009

Sur Chairman

Sinjuri 

Huwa ta’ pjaċir għalija li nkun hawn magħkomillum għal din il-laqgħa.
L-esperjenza li għaddejna minnha qabelis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea - fejn il-pajjiż kien għaddej minn proċess kontinwu ta’ konsultazzjoni dwar il-pożizzjonijiet li kellha tieħu Malta fin-negozjati - u l-proċess ta’ informazzjoni kif is-sħubija tolqot lill-poplu tagħna, wassalna biex nagħtu forma permanenti lil dak il-mudell li ħadem sew.
Fil-bidu ta’ din il-leġislatura erġajna waqqafnal-MEUSAC bi tliet għanijiet ċari.
Irridu li l-poplu jibqa’ jkun infurmat dwarl-Unjoni Ewropea, mhux tant bħala istituzzjoni, iżda bħala Unjoni li għandha impatt fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna. Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea mħaddmin tajjeb ifissru investiment lejn pajjiżna, opportunitajiet ta’ xogħol għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema, opportunitajiet edukattivi, drittijiet għall-konsumatur u standards ambjentali.
Dan il-Gvern qiegħed iħaddem id-djalogu pubblikub’mod mill-aktar wiesa’.  Fil-bidu ta’ din il-leġislatura waqqafna Segretarjat Parlamentari għall- Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni. Fl-ewwel sena u nofs ta’ din il-leġislatura ppubblikajna diversi dokumenti li jvarjaw mit-titjib fl-edukazzjoni għall-inizjattivi dwar l-immaniġġjar tal-iskart; mil-liġi tal-kera għar-riforma tal-MEPA; mit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali għall-ġustizzja riparatriċi; mid-dokumenti ta’ qabel il-Baġit għal dokumenti ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku.
F’dawn u f’oħrajn saru sensiela ta’ laqgħatmal-istakeholders involuti kif ukoll diskussjonijiet mal-pubbliku biex kulħadd ikun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu jew tagħha. Il-Gvern jagħti valur lill-opinjoni ta’ kulħadd. Dan hu Gvern li jisma’, jikkonsulta, jiżen u jwettaq.
Il-MEUSAC flimkien mal-MCESD huma żewġ foraimportanti f’pajjiżna li fihom hemm rappreżentanza wiesgħa, fi strutturi differenti fi ħdanhom.  Rappreżentanza li tiġbor fiha lill-ħaddiema, lil min iħaddem, lis-soċjetà ċivili, lil għaqdiet mhux governattivi u lill-partiti. Mal-Gvern huma msieħba fl-iżvilupp ta’ pajjiżna. Konsultazzjoni mħaddma tajjeb twassal biex jittieħdu deċiżjonijiet aħjar, li jkun hawn aktar kunsens f’pajjiżna u li nimxu fl-istess direzzjoni.
B’sodisfazzjon, il-Baġit li ppreżentajnal-ġimgħa li għaddiet hu riżultat dirett tal-konsultazzjoni u l-proċess ta’ diskussjoni matura li kellna fl-MCESD.  Irrid nirringrazzja lill-imsieħba soċjali u lil min ta’ kontribut biex żviluppajna l-miżuri u l-inizjattivi u preżentajniehom quddiem il-poplu. Konna iffukati. Għamilna l-għażliet. Imxejna b’għaqal u llum f’pajjiżna qed niddiskutu Baġit li hawn qbil dwaru għaliex joffri direzzjoni u miżuri biex inkattru l-investiment u x-xogħol f’pajjiżna.
Permezz tal-funzjoni ta’ konsultazzjoni,il-MEUSAC qiegħed jagħti vuċi b’saħħitha lill-imsieħba soċjali u lis-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-pożizzjoni ta’ Malta. Taħt il-MEUSAC jaqgħu disa’ kumitati settorjali b’kull wieħed jiddiskuti temi partikolari li jvarjaw minn affarijiet ekonomiċi u finanzjarji, ġustizzja u affarijiet interni, impjiegi, politika soċjali u saħħa, kompetittività u affarijiet tal-konsumatur; trasport, telekomunikazzjoni u enerġija, agrikoltura u sajd, ambjent, edukazzjoni, żgħażagħ u kultura. Ta’ kull ġimgħa l-MEUSAC jieħu ħsieb jaġġorna lill-membri ta’ dawn il-kumitati, li jirrappreżentaw il-partijiet kollha interessati, bl-aħħar żviluppi u inizjattivi f’dak il-qasam partikolari li jkun jinteressahom.
It-tielet għan importanti tal-MEUSAC hu li jgħinfl-opportunitajiet li toffri s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. F’għaxar xhur għen b’suċċess lil 125 organizazzjoni biex dawn jibbenefikaw minn fondi li jammontaw għal aktar minn €3 miljun.  Permezz ta’ dawn il-programmi parteċipattivi, aktar nies qed jingħataw għajnuna biex jiżviluppaw lilhom infushom fit-talenti, il-ħiliet u l-esperjenzi tagħhom f’Malta u f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Il-MEUSAC qiegħed iqarreb il-benefiċċji tas-sħubija aktar viċin ir-residenti fil-lokalitajiet differenti tagħna u fost dawk li huma impenjati f’għaqdiet mhux governattivi.
Il-Gvern immexxi minni jemmen fil-potenzjaltal-MEUSAC li jkompli jixpruna lis-soċjetà ċivili kif ukoll lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu użu minn dawn il-fondi għax jemmen li huma wkoll jistgħu jikkontribwixxu għat-tkattir u t-tisħiħ ta’ l-impjiegi u għall-iżvilupp soċjali ta’ pajjiżna. Għalhekk il-Gvern ħoloq il-Fond speċjali biex jgħin fil-ko-finanzjament tal-programmi tal-Unjoni Ewropea. Din is-sena, żiedna dan il-fond għal nofs miljun ewro u introduċejna fond għall-NGOs ta’ €280,000. Dan ix-xogħol qed ikun ikkonsolidat ukoll f’Għawdex permezz tal-ftuħ ta’ uffiċju konġunt bejn l-MCESD u l-MEUSAC, biex hekk il-Kunsilli Lokali u s-soċjetà ċivili f’Għawdex ikunu jistgħu huma ukoll jibbenefikaw minn dawn il-fondi.
Parti mill-Baġit tas-sena d-dieħla hi wkollriżultat mill-fondi li Malta qed tieħu mill-Unjoni Ewropea. Matul is-sena d-dieħla, permezz ta’ ‘l fuq minn €140 miljun ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, il-Gvern se jkun qiegħed jinvesti b’għaqal f’bosta setturi. Jinvesti fl-infrastruttura tal-pajjiż. Jinvesti biex ikompli jkattar ix-xogħol. Se naraw investimenti fit-toroq, fis-sistemi tad-drenaġġ u fir-restawr tas-swar, biex nagħti tliet eżempji. Il-Gvern se jkun qiegħed permezz tal-fondi tal-Unjoni Ewropea mhux biss joħloq aktar opportunitajiet ta’ xogħol imma ukoll itejjeb il-potenzjal ta’ pajjiżna. U dan billi nkomplu ninvestu fl-aqwa riżorsa ta’ pajjiżna – il-bniedem – sabiex ikollna ħaddiema mħarrġin u kkwalifikati u studenti entużjasti bl-aqwa għodda f’idejhom biex jagħmlu karriera ta’ suċċess f’pajjiżhom stess.
Bħala Prim Ministru u f’isem il-Gvern kollunapprezza x-xogħol li tagħmlu – intom li intom imsieħba u tirrappreżentaw setturi u kategoriji differenti. Aktar iva milli le taħdmu fis-skiet, biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem u l-poplu tagħna jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu. Nirringrazzjakom tas-sehem, u anki tal-ideat li toħorġu bihom u li twasslu lill-Gvern. Dak li nisimgħu inpoġġuh fil-kuntest tal-interess nazzjonali biex jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għall-poplu u għal pajjiż kollu.

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow