Attivitajiet li se jsiru b’rabta mal-ftuħ mill-ġdid ta’ Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta
pr2022
21/11/2009
| Waqt | konferenza tal-aħbarijiet li saret illum fl-uffiċini tal-GRTU l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino ħabbar is-sensiela ta’ attivitajiet li se jsiru b’rabta mal-ftuħ mill-ġdid ta’ pjazza San ġorġ fil-Belt Valletta, wara li sar proġett ta’ tisbiħ biex din il-pjazza minn ċimiterju ta’ karozzi terġa tingħata lura lill-pubbliku fi spazju miftuħ. |
| Il-ftuħ ta’ din il-pjazza se jsir nhar il-Ħadd 6 | ta’ Diċembru fit-20,45 u din l-attivita` se tintwera f’xandira diretta fuq televixin Malta, l-istazzjon Nazzjonali. Il-programm ta’ matul il-ġimgħa kif anness jinkludi varjeta` ta’ attivitajiet għall-familja kollha. Dawn l-attivitajiet li qegħdin jitellgħu sabiex issa li tlesta dan il-proġett terġa tingħata l-ħajja ‘l din il-qalba tal-Belt, se jilħqu l-qofol tagħhom bil-festa tal-Inbejjed ta’ kwalita’ Maltin li qed tittella bħala parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet mil-kampanja Naturalment Malti. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en