DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU WAQT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-FONDAZZJONI PRO PONTEFICE CENTESIMUS ANNUS DWAR L-ENĊIKLIKA CARITATIS IN VERITATE FL-AWLA TAL-KONFERENZI TAĊ-ĊENTRU ANIMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI – IL-ĠIMGĦA, 20 TA’ NOVEMBRU 200
pr2019
20/11/2009
| Eċċellenza, | Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni, Mistednin Distinti, Sinjuri, |
| L-impenn | għall-iżvilupp Soċjo-ekonomiku f’Malta fid-Dawl tal-Enċiklika “Caritas in Veritate” |
A. INTRODUZZJONI
| Nixtieq nirringrazzja | lill-Fondazzjoni Pro Pontefice Centesimus Annus għall-istedina li għamluli biex nikkummenta dwar l-ittra enċiklika tal-Papa Benedettu XVI, Caritas in Veritate fil-kuntest tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku li nixtiequ għal pajjiżna. |
| Qabel nagħmel dan ippermettuli | nsellem lill-Papa Ġwanni Pawlu II, il-kittieb tal-enċiklika ċ-Centesimus Annus li tati l-isem lill-Fondazzjoni tagħkom. Dik l-enċiklika kienet ippubblikata fl-għeluq il-mitt sena mill-ewwel enċiklika soċjali kbira tad-dinja moderna, jiġifieri r-Rerum Novarum. Minn dakinhar Papiet differenti komplew joħorġu enċikliki u dokumenti oħra li fihom żviluppaw it-tagħlim soċjali tal-knisja. Jien kelli ċ-ċans niltaqa’ mal-Papa Ġwanni Pawlu II li kien l-ewwel Papa li żarna. Kont tħoss il-kariżma u l-qawwa spiritwali ta’ dan il-bniedem. F’dawn il-ġranet fakkarna l-20 anniversarju mill-waqgħa tal-Komuniżmu u ftakarna li dan il-Papa kbir ta kontribut sostanzjali għal din il-waqgħa. |
| Il-memorja ta’ dan il-Papa kbir | tibqa’ mnaqqxa f’qalbna u fil-paġni ta’ l-istorja tal-Ewropa. |
B. IN-NIES TAL-KNISJA U N-NIES TAL-POLITIKA
| Illejla ser nitkellmu dwar | ix-xogħol ta’ Papa li se jżurna dalwaqt. Din hija żjara mistennija ħafna iżda l-valur tagħha jista joħroġ fil-beraħ jekk ir-riflessjoni fuq it-tagħlim tiegħu tgħinna nifhmu aħjar ir-realtà li ngħixu fiha. |
| F’dinja li għada muġugħa | minħabba l-kriżi finanzjarja li ġabet riċessjoni globali li qatt ma rajna bħalha, hu inevitabbli – anzi hu vitali – li lkoll nieqfu nirriflettu biex niskopru mill-ġdid il-pedamenti tagħna bħala soċjetà moderna li trid tipprova ssib is-soluzzjoni għall-isfidi ġodda li tfaċċaw f’dawn l-aħħar żminijiet. Fi kliem ieħor tfaċċat opportunità biex nirriflettu dwar x’għandhom ikunu l-valuri li għandhom jiggwidawna fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jindirizzaw l-bżonnijiet taż-żminijiet tal-lum. |
| Il-Papa Benedettu, b’din | l-enċiklika tiegħu, qed ikompli r-rikkezza tat-tradizzjoni tal-enċikliki soċjali tal-Knisja. L-Enċiklika “Caritas in Veritate” toħroġ b’mod ċar kif il-Papa jara r-relazzjoni partikulari li għandu jkun hemm bejn ir-rwol li għandhom in-nies tal-Knisja u dak tan-nies li qegħdin fil-politika fl-iżvilupp soċjo-ekonomiku. |
| Dan il-punt jolqotni direttament | u personalment. |
| B’mod sempliċi din ir-relazzjoni | nista’ niddeskriviha b’dan il-mod: |
| It-tnejn qegħdin hemm | għas-servizz tal-bnedmin iżda dan is-servizz jagħmluh b’modi differenti minn xulxin. Ir-rwol tan-nies tal-Knisja huwa li jipproponu viżjoni wara li jirriflettu fuq ir-realtà umana fid-dawl tal-tagħlim tal-Vanġelu. Il-Papa jagħmilha ċara li l-Knisja toffri viżjoni u mhux soluzzjonijiet tekniċi; anzi jżid li l-Knisja xejn ma tippretendi li tindaħal fil-politika tal-istati individwali (Caritatis in Veritate, para 9). |
| Mill-banda l-oħra, ir-rwol | tan-nies tal-politika huwa li joffru viżjoni u jsibu soluzzjonijiet tekniċi u politiċi. L-enfasi hawnhekk hi fuq it-tliet kelmiet: “soluzzjonijiet”, “tekniċi” u “prattiċi”. Il-missjoni diffiċli tagħna l-politiċi hi li nħaddmu l-arti tal-possibbli u mhux tat-teoriji, tax-xewqat snieħi, tal-ħolm li qatt ma jista’ jsir realtà. Aħna nippruvaw nieħdu l-aħjar deċiżjoni fiċ-ċirkustanzi konkreti u fil-possibiltajiet reali li jkollna quddiemna. Mhux dejjem ikun possibbli nieħdu d-deċiżjoni ideali. Kemm-il darba nkunu rridu nimxu fuq il-prinċipju tal-gradwalità: jiġifieri nagħmlu l-aħjar fiċ-ċirkustanzi mingħajr ma nippreġudikaw il-possibbiltà li ‘l quddiem – jekk jinbidlu ċ-ċirkustanzi - intejbu dak li jkun possibbli li jsir illum. |
| Dawn ir-rwoli huma kumplimentari | għal xulxin. Minn naħa waħda l-ħidma iebsa biex jinstabu soluzzjonijiet tekniċi trid tkun imnebbħa minn viżjoni inkella tkun qisha ġisem mingħajr ruh. Min-naħa l-oħra t-tfassil tal-viżjoni jrid ikun ankrat fir-realtà tas-sitwazzjoni partikulari inkella tkun biss xewqa pija bil-periklu li x’aktarx tkun irrelevanti. Il-Papa Benedittu qagħad ħafna attent għal dan meta kiteb din l-Enċiklika. Fil-fatt, il-Papa ittardja b’xhur il-ħruġ tal-Enċiklika biex, flimkien mad-diversi esperti li ħadem magħhom, ikun jista’ jirrifletti fuq il-kriżi kbira ekonomika kurrenti li kienet bdiet taħkem id-dinja u fuq il-ħafna effetti li ħalliet anke fuq il-qasam soċjali. |
| Fit-tfittxija | għas-soluzzjonijiet tekniċi, kif għidt, il-politiċi jridu jitmexxew minn viżjoni. Il-viżjoni li jħaddan il-Gvern tiegħi hija viżjoni ispirata mit-tagħlim soċjali nisrani żviluppat tant tajjeb minn Bendittu XVI. Fost il-valuri li tħaddan din il-viżjoni insibu s-servizz tal-bniedem u l-iżvilupp integrali tiegħu, l-għarfien tad-dinjità ta’ kull bniedem indipendentement minn kwalunkwe kundizzjoni jew orjentament tiegħu, il-ħarsien tad-dritt tal-ħajja sa’ mill-bidu nett tagħha, l-importanza tal-familja, is-sussidjarjetà u s-solidarjetà anke mal-ġenerazzjonijiet futuri, id-distinzjoni bejn il-Knisja u l-istat, it-tkattir tal-ġid komuni u r-rispett sħiħ lejn dawk li ma jaqblux ma’ din il-viżjoni iżda li, bħall-insara, huma membri tal-istess stat. |
C. IS-SOLUZZJONIJIET MHUMIEX FAĊLI
| Is-sejbien u l-iżvilupp ta’ | soluzzjonijiet tekniċi u politiċi mhumiex faċli għax min-natura tal-affarijiet jiġri li aktar ma nersqu lejn id-dettalji prattiċi aktar insibu diverġenzi leġittimi kemm bejn in-nies li jħaddnu din il-viżjoni, kif ukoll insibu aktar nies li għalkemm igħixu fl-istess soċjetà jħaddmu viżjoni differenti għal progress ta’ din is-soċjetà. |
| Għalhekk fost l-aktar għodod | importanti li rridu nużaw biex il-viżjoni li nixtiequ li tmexxi s-soċjetà tagħna nittraduċuha fil-konkret insibu d-djalogu, it-tolleranza, ir-riflessjoni approfondita fuq is-sitwazzjoni reali u, fuq kollox, is-serenità li tkun ġejja minn atteġġjament ta’ servizz leali lejn il-ġid komuni. |
| Mingħajr it-tħaddim ta’ dawn | l-għodod, diffiċli li nsibu terren komuni bejnietna u li fuqu nkunu nistgħu nibnu ġejjieni aħjar. |
D.ŻEWG PUNTI
Fid-dawl ta’ dan, illejla nixtieq naqsam ftit ħsibijiet magħkom dwar żewġ oqsma li bħalissa jinsabu fuq nett tal-aġenda politika u nazzjonali. Dawn huma l-ekonomija u l-immigrazzjoni.
1. Ekonomija u xogħol.
| James Carville, l-istrateġista | tal-President Amerikan Clinton baqa’ magħruf għall-frażi: “It’s the economy stupid”. B’din il-frażi ried ifisser li l-ekonomija għandha importanza fuq kollox. |
| Benedittu XVI jurina | l-limitazzjoni ta’ din il-pożizzjoni u jagħtina viżjoni oħra tal-ekonomija u tal-mod kif għandna nħarsu lejha. Nitlobkom tippermettuli nikkwota minn paragrafu 36 fejn il-Papa jisfida b’mod dirett din il-pożizzjoni: |
| “L-attività | ekonomika ma tistax issolvi l-problemi soċjali kollha billi sempliċiment tapplika l-loġika kummerċjali. Din (l-ekonomija) jeħtieġ li tkun diretta lejn il-kisba tal-ġid komuni, li għalih il-komunità politika għandha tidhol responsabbli. Għalhekk wieħed għandu jżomm f’moħħu li meta l-azzjoni ekonomika, meqjusa biss bħala l-magna għall-ħolqien tal-ġid, tinfired mill-azzjoni politika, meqjusa bħala l-mezz biex tinkiseb il-ġustizzja permezz tar-ridistribuzzjoni, jinħolqu żbilanċi kbar.” |
| Għalhekk, il-Papa jkompli li | “L-ekonomija teħtieġ l-etika biex taħdem tajjeb – mhux kull etika iżda etika li ċ-ċentru tagħha huwa l-bniedem.” (Caritatis in Veritate, para 45) |
| Fi kliem sempliċi, huwa | żbaljat min jirraġuna li “business is business” u allura hu żbaljat min taħt din l-iskuża falza tas-suq isuq, jaħbi l-fatt ta’ inġustizzji, riskji bla rażan, sfruttament insensat ta’ assi ta’ ħaddieħor u rgħiba sħiħa għall-profit mingħajr ebda rażan u mingħajr ebda ħsieb lejn il-konsegwenzi. |
| Dan hu, fl-opinjoni tiegħi, | x’wassal għar-rovina li d-dinja kellha tgħaddi minnha waqt ir-riċessjoni ta’ bħalissa. |
| F’din il-perspettiva l-ekonomija, | minn xjenza mibnija fuq għodda teknika ssib sies fl-antropoloġija u allura titrasforma ruħha f’viżjoni partikulari tas-soċjetà. Il-Papa jkompli jtambar fuq din il-viżjoni fejn l-ekonomija, il-politika u l-bqija tal-ħidma umana jkunu għas-servizz tal-bniedem. Jgħidilna li jeħtieġ nagħrfu li l-progress li jsir biss mil-lat ekonomiku u politiku mhux biżżejjed (Caritatis in Veritate, para. 23): |
| “Jeħtieġ nagħrfu li | l-progress li jsir mil-lat ekonomiku u teknoloġiku mhux biżżejjed. Jeħtieġ li l-iżvilupp ikun qabel xejn veru u sħiħ. Il-ħruġ min-nuqqas ta’ progress ekonomiku, ħaġa fiha nfisha pożittiva, ma jsolvix il-problema kumplessa tal-promozzjoni tal-bniedem…” |
| Dan ifakkarni fl-aspetti li | aħna spiss niddeskrivu b’frażijiet bħal “corporate social responsibility”; “social market economy”, “soċjetà inklussiva” u frażijiet oħra bħal dawn li jirriflettu l-ġid komuni f’ekonomija mibnija fuq il-kunċett tas-suq ħieles. |
| Biex il-progress ikun veru u | sħiħ, il-bniedem irid jitpoġġa fuq quddiem nett. F’appell li jagħmel lill-Gvernijiet “impenjati fit-tkabbir tal-ġid ekonomiku u soċjali tad-dinja” l-Papa jgħid li |
| “l-kapital ewlieni li | għandhom iħarsu u jivvalutaw huwa l-bniedem. Il-persuna umana fis-sħuħija tagħha. Il-bniedem huwa l-awtur, iċ-ċentru u l-għan tal-ħajja ekonomika-soċjali kollha.” (Caritatis in Veritate, para 25) |
| Il-ġid komuni jseħħ biss meta | l-ekonomija, bħall-bqija tal-attivita umana, tkun għas-servizz tal-bniedem sħiħ u tal-bnedmin kollha. |
| Għal darb oħra, l-isfida | quddiemna l-politiċi hija li nsibu s-soluzzjoni teknika kif din il-viżjoni npoġġuha fil-prattika. Insemmi żewġ affarijiet: waħda dwar metodu u l-oħra dwar il-kontenut. |
Nibda minn dik tal-aħħar.
| L-ekonomija tkun tassew | għas-servizz tal-bniedem meta toħloq ix-xogħol li l-Papa jikkwalifikah bil-kelma “xieraq”. Il-Gvern f’diversi dokumenti tiegħu jiddeskrivieh bħala “aktar xogħol u xogħol aħjar”. Mingħajr dan it-tip ta’ xogħol id-dinjità tal-bniedem u l-kwalità tal-ħajja li jistħoqqlu jgħix ikunu mhedda. |
| Fil-kriżi ekonomika | internazzjonali li għaddejjin minnha l-Gvern għamel għażla ċara u fundamentali favur is-salvagwardja tax-xogħol u l-ħolqien ta’ aktar xogħol xieraq. |
| Importanti huwa l-metodu li | jintuża biex l-ekonomija tkun għas-servizz tal-ġid komuni minflok għat-tisħiħ tal-ġid settorjali u b’konsegwenza tkun għal akbar servizz tal-bniedem (Caritatis in Veritate, para. 7). |
| Metodu ewlieni li qed juża l-Gvern | immexxi minni huwa l-metodu tad-djalogu strutturat fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. L-esperjenza uriet li f’dan il-Kunsill l-elementi differenti li jirrappreżentaw is-soċjetà tagħna jaħdmu flimkien biex il-ġid komuni jisseddaq. F’dan il-Kunsill tinġabar f’post wieħed rikkezza enormi ta’ esperjenzi, expertise u fuq kollox rieda li nimxu ‘l quddiem flimkien. |
| It-tfassil tal-baġit li ġie | preżentat wera kif id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali jasal biex iġib il-quddiem miżuri li jsaħħu l-ekonomija b’risq il-bniedem. |
2. L-immigrazzjoni
| Hemm suġġett ieħor li jsemmi | l-Papa u li jolqot mill-qrib l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tagħna. Anke dan is-suġġett jippreżupponi viżjoni tas-soċjetà u soluzzjonijiet tekniċi. Qed nirreferi għall-problemi marbuta mal-immigrazzjoni li l-Papa jsejħilha bħala “fenomenu soċjali li qed isawwar l-epoka” (Caritatis in Veritate , para. 62). |
| Il-politika tal-Gvern tiegħi fuq | dan is-suġġett ilha mibnija fuq il-preżuppost li jsemmi l-Papa, jiġifieri li din il-problema tista’ tissolva biss b’kooperazzjoni internazzjonali b’saħħitha għax l-ebda pajjiż ma għandu jkun mistenni li jsolvi l-problemi tal-emigrazzjoni waħdu. Ħdimna u qed naħdmu fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fl-istituzzjonijiet tal-Nazzjonijiet Uniti biex is-soluzzjoni internazzjonali li aħna nixtiequ u li jirreferi għalija l-Papa tinstab. |
| Bħal Papa, aħna dejjem sostnejna | li “kull emigrant huwa bniedem li hu mogħni b’jeddijiet fundamentali inaljenabbli li għandhom ikunu rrispettati minn kulħadd u f’kull ċirkustanza.” (Caritatis in Veritate, para 62). |
| Jien nixxokkja ruħi meta naqra | l-kummenti li jinkitbu fil-blogs dwar dan is-suġġett. Il-livell ta’ razziżmu, intolleranza u animożità lejn dawn il-persuni li huma bnedmin bħalna iżda li għandhom ħafna problemi aktar minna huwa tal-biża. Meta naqra dawn il-kummenti nsaqsi x’ġara mill-valuri tal-ospitalità u l-imħabba lejn l-imġarrba li sawru lil dan il-pajjiż. |
| B’dan ma rridx nidher li qed | innaqqas mit-toqol tal-problema għall-pajjiżna. L-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea tista’ tgħinna ntaffu t-toqol finanzjarju waqt li t-toqol soċjali jista’ jittaffa mis-sistema edukattiva tagħna u mis-soċjetà ċivili – fuq quddiem nett il-Knisja - li għandhom jgħinu lill-poplu tagħna jifhem aktar dawn il-persuni li jiġu minn kulturi differenti minn tagħna u jgħinhom imorru lil hinn mill-isterjotipi li ħafna drabi jitkattru minn nuqqas ta’ tagħrif u mill-biżà. It-toqol ta’ din il-problema jiżdied jekk diżgrazzjatament tinbidel f’ballun politiku. |
E. HEMM ISSUES OĦRA
| Hemm issues oħra li qed | niddiskutu f’pajjiżna bħalissa u li l-Papa Benedittu jittratta fl-Enċiklika tiegħu. Dawn jinkludu l-familja u l-bioetika. Dawn iż-żewġ oqsma huma fundamentali għas-soċjetà. Il-problemi mqajma dwarhom f’soċjetà li dejjem issir iżjed pluralistika qed isiru aktar komplessi. |
| Aħna nemmnu fil-valur enormi | tal-familja, kemm għas-socjetà kif ukoll għal individwi li jiffurmawha. Id-dmir tagħna huwa li nħarsuha u nsaħħuha. Nemmnu wkoll li ż-żwieġ huwa l-aħjar pedament għall-familja. Madanakollu hawn ir-realtà li hemm żwiġijiet li jfallu u nies li jagħżlu li jsawru familja mingħajr żwieġ. X’għandna nagħmlu quddiem ir-realtà? Kif se nħarsu d-drittijiet ta’ dawk li huma vulnerabbli f’dawn is-sitwazzjonijiet? |
| Nemmnu wkoll fil-protezzjoni | tal-ħajja umana f’kull mument tagħha, sa mill-bidu nett. Mill-banda l-oħra t-teknoloġija qed tiżviluppa u ninsabu f’sitwazzjoni fejn kollox hu permessibbli minħabba nuqqas ta’ provvedimenti leġislattivi. Fil-konkret x’għandha tkun il-pożizzjoni tagħna? |
| Għalhekk waqqafna l-Kumitat | tal-Parlament dwar l-prokreazzjoni assistita. |
| Is-soluzzjonijiet mhux faċli | iżda l-ħarba mir-realtajiet preżenti lanqas ma hija s-soluzzjoni. |
F. APPELL LILL-FONDAZZJONI
| Bdejt billi irringrazzjajt | lill-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontefice għall-istedina li għamiltuli. Kien tajjeb li tajtu lilna l-politiċi l-possibbiltà li ngħidulkom x’naħsbu. Nixtieq nispiċċa billi nagħmlilkom appell. |
| Jien nixtieq li fondazzjonijiet | bħal tagħkom jew kummissjonijiet oħra fi ħdan il-Knisja jgħidu huma x’jaħsbu dwar l-impenn għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku f’Malta fid-dawl ta’ din l-enċiklika. Dan isir billi tikkummissjonaw studji tekniċi dwar kif aspetti tas-soċjetà tagħna u l-istrutturi ekonomiċi u soċjali tagħha jistgħu jiddawlu minn din l-enciklika. Qed inkun speċifiku. Mhux qed ngħid rapporti b’opinjonijiet iżda qed nirreferi għall-studji tekniċi u approfonditi dwar kif l-enċiklika tista’ tkun tradotta għas-sitwazzjoni tagħna. Naf li f’dawn l-aħħar snin kien hemm xi kummissjonijiet tal-Knisja li ppubblikaw studji interessanti. Iżda naħseb li dawn huma, kif jgħidu l-Ingliżi, few and far between. Umilment nissuġġerixxi lill-Knisja f’Malta biex tikkummissjona aktar minn dawn l-istudji. Dawn l-istudji għandhom iżewġu flimkien il-viżjoni ta’ żvilupp sħiħ tal-bniedem flimkien mas-sitwazzjoni konkreta ta’pajjiżna. |
| Studji bħal dawn jipprovdu leħen | importanti għas-soċjetà tagħna u jservu biex it-tagħlim soċjali tal-Knisja ma jibqax donnu xi ħaġa li tinżamm sigrieta. Il-pubblikazzjoni ta’ studji bħal dawn ikunu ta’ servizz li l-Knisja tagħti lis-soċjetà fl-imħabba u fil-verità. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en