Left arrow Go Back

JINĦATRU ASSISTANT KUMMISSARJU U SUPRETENDENT ĠDID FIL-KORP TAL-PULIZIJA

pr2015
Date Icon 20/11/2009

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici, illum wara nofsinhar ta l-ittra tal-ħatra lil Assistent Kummissarju u Supretendent ġodda fil-Korp tal-Pulizija.  Iż-żewġ uffiċċjali li ngħataw il-ħatra llum huma l-Assistent Kummissarju Ray Zammit u s-Supretendent Carmelo Magri.

F’diskors qasir fil-preżenza tal-Kummissarjutal-Pulizija, is-Sur John Rizzo u uffiċjali għolja oħra tal-Korp, il-Ministru Mifsud Bonnici qal li l-poplu jqis kull delitt li jitwettaq bħala wieħed importanti, li għandu jiġi nvestigat.
Hu saħaq li l-Korp tal-Pulizija għandu jsegwibir-reqqa kull rapport li jidħol mingħand il-pubbliku, l-ewwel nett għax il-pubbliku huwa sors ewlieni ta’ informazzjoni dwar id-delinkwenza, u t-tieni għax kull vittma ta’ reat għandha dritt li ssir ġustizzja magħha. Dan minnu nnifsu jwassal biex il-pubbliku juri aktar fiduċja fil-Korp.
“F’dan is-sens, nieħu pjaċir nara li r-ratatal-kriminalità f’Malta baqgħet tonqos kull sena fl-aħħar erba’ snin. L-istatistika turi li s-sezzjonijiet kollha tal-Korp tal-Pulizija  qed jagħtu s-sehem tagħhom f’dan is-suċċess – mid-Distretti sad-Dipartimenti nvestigattivi kollha. Ir-riżultati tajbin li kiseb il-Korp jidhru wkoll fiż-żieda ta’ 100 ruħ fil-popolazzjoni tal-ħabs, li rajna mill-bidu tas-sena ‘l hawn u n-numru rekord ta’ delinkwenti li tressqu quddiem il-Qorti fl-istess perjodu – biex ma ninsewx il-kważi nofs tunellata ta’ droga li nqabdet din is-sena s’issa.”
“Matul din il-leġislatura, ingħataw il-ħatrasitt Assistenti Kummissarji ġodda u tnax–il Supretendent ġdid. Nemmen bis-sħiħ li l-investiment fil-ħatra ta’ uffiċċjali għolja fil-Korp ser ikompli jsaħħaħ ir-riżultati pożittivi li nkisbu fl-aħħar snin,” qal il-Ministru. Huwa temm billi feraħ lis-Sur Zammit u s-Sur Magri għall-ħatra tagħhom filwaqt li awguralhom kull suċċess fil-ħidma futura tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow