Left arrow Go Back

KONFERENZI NAZZJONALI  POLITIKA TA’ KOEŻJONI 2007-2013

pr2014
Date Icon 20/11/2009
L-Awtorità ta’ Ġestjoni f’Maltagħall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tistiden lill-pubbliku għal żewġ Konferenzi Nazzjonali dwar il-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013.
Il-Konferenzi ser jittellgħu nhar  l-1 ta’Diċembru 2009 fil-Westin Dragonara Resort fid-09:00AM (reġistrazzjoni fit-08:30 AM) u nhar l-4 ta’ Diċembru 2009 fil-Lukanda Kempinski San Lawrenz fl-10:00AM (reġistrazzjoni fid-09:30AM).
Il-Konferenzi ser jiffukaw fuq il-benefiċċji liqed igawdi il-poplu Malti u Għawdxi mill-Programm Operattiv I Ninvestu fil-Kompetittivita’ għal Kwalità ta’ Ħajja Aħjar u Programm Operattiv II Insaħħu Ħilitna għal Aktar Impjiegi u Kwalità ta’ Ħajja Aħjar, kif ukoll, dwar il-progress li sar s’issa biex jintlaħqu il-miri tal-prioritajiet identifikati fiż-żewġ Programmi.

Ser ikun hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ kelliema ewlenin u benefiċċjari tal-Programmi Operattivi I u II, kif ukoll diskussjonijiet dwar it-temi strateġiċi li jaqgħu taħt il-Programmi Operattivi.  Il-programmi taż-żewġ konferenzi jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD www.ppcd.gov.mt.   

L-attendenza għal dawn il-Konferenzi hija permezz ta’ reġistrazzjoni biss.  Persuni nteressati jistgħu jirreġistraw billi jibagħtu email fuq vanessa.sciberras@gov.mtsa nofsinhar tas-27 ta` Novembru 2009.

Mistoqsijiet ġenerali relatati ma dawn il-konferenzi jew mal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 għandhom jiġu indirizzati lis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow