Tnedija tal-Kalendarju ta’ Attivitajiet tal-Kunsilli Lokali b’riżultat tal-iskema ta’ għajnuna mill-Gvern u l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA)
pr2010
20/11/2009
| B’riżultat ta’ skema b’fond ta’ €277,000 bejn | l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali, 49 Kunsill Lokali se jkunu qed jorganizzaw 56 attività differenti fil-lokalitajiet tagħhom. |
| Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet | indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, u li għaliha attendew ukoll Sindki u Segretarji Eżekuttivi minn dawn il-Kunsilli Lokali. |
| F’kelmtejn, Dr de Marco saħaq fuq l-importanza | li dawn l-attivitajiet huma mifruxin fuq dawk ix-xhur meqjusa kwieti għat-turiżmu sabiex il-kalendarju tal-attivitajiet ikun wieħed kostanti u interessanti, lil hinn mill-perjodu mimli tas-sajf. Huwa żied jgħid li l-iskema qed tolqot tliet oġġettivi tal-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu: il-ħtieġa tad-diversifikazzjoni tal-prodott; it-tnaqqis fl-istaġjonalità; u d-distribuzzjoni aħjar tal-effett tat-turiżmu bejn il-lokalitajiet. |
| Dr de Marco qal li l-għan tal-iskema kien li | jkunu inċentivati l-Kunsilli Lokali sabiex ikunu nnovattivi u jaraw kif jisfruttaw il-wirt kulturali u storiku tal-lokalitajiet tagħhom, permezz ta’ attivitajiet li minnhom igawdu l-Maltin, u fl-istess ħin jarrikkixxu l-kalendarju ta’ attivitajiet li aħna noffru lit-turisti li jżuruna. |
Huwa temm jgħid li huwa mportanti li llum, f’Novembru, għandna s-sena d-dieħla kollha ppjanata, u nafu meta u fejn se jkun hemm xi attività. Dan jippermetti lill-MTA biex, permezz tal-portal www.visitmalta.com kif ukoll permezz tal-marketing li jsir b’mod kontinwu mill-uffiċċji u rappreżentanti tagħha barra minn xtutna, tippromwovi dawn l-attivitajiet, bil-possibbiltà ta’ organizzazzjoni ta’ tours li jiġu Malta apposta.
| Min-naħa tiegħu, is-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, l-Onor. Chris Said qal li din l-iskema, permezz tal-proġetti magħżula, qed tesponi l-individwalità ta’ kull lokalità u tippromwovi l-identità tagħhom permezz tal-espressjoni artistika u kulturali. |
| “Bil-fond li nedejna għall-ewwel darba | għall-2009, rajna li l-lokalitajiet jistgħu jattiraw udjenza ġdida għal attivitajiet li qed itellgħu b’suċċess u għalhekk ridna li nisfruttaw il-potenzjal tal-irħula tagħna u noħolqu kuxjenza tad-diversità kulturali f’pajjiżna. Irridu li l-avvenimenti kulturali jkomplu jissaħħu biex jibqgħu jkunu fil-qalba tal-lokalitajiet.” |
| Dr Said kompla jgħid li dawn l-attivitajiet | jiġġeneraw l-ekonomija u l-impatt soċjo-ekonomiku fil-lokalitajiet. Semma wkoll li dawn l-attivitajiet jippromwovu l-involviment ta’ numru ta’ stakeholders u kollaborazzjonijiet ma’ entitajiet oħra fil-lokal, kif ukoll l-inklużjoni soċjali. |
| Hu | temm jgħid li fl-ewwel skema għall-2009 rajna 33 Kunsill Lokali japplikaw li minnhom ġew selezzjonati 26. B’din it-tieni skema, l-ammont ta’ fondi rdoppja u magħhom irduppjaw l-ammonti ta’ kunsilli lokali li qed jingħataw għajnuna biex itellgħu dawn l-attivitajiet. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en