INDIRIZZ MILL-ONOR. JOE CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA, FIT-TNEDIJA TAD-DOKUMENT TA’ KONSULTAZZJONI DWAR L-EPATITE B – VALLETTA – 17 TA’ NOVEMBRU 2009
pr1990
17/11/2009
| Nixtieq l-ewwel | nett nirringrazzja lilkom il-ġurnalisti talli għal darb’oħra għoġobkom tkunu magħna biex twasslu l-informazzjoni li nkunu nixtiequ nwasslu lill-poplu Malti. |
| Illum qegħdin | hawn proprju biex ngħarrfu dwar policy nazzjonali fuq il-marda tal-epatite B fil-post tax-xogħol. L-epatite B hija marda infettiva fejn persuna jkollha l-mikrobu tal-epatite B fil-ġisem tiegħu. Huwa stmat li terz tal-popolazzjoni tad-dinja huma infettati bil-mikrobu tal-epatite B. Dawn jinkludu nies li għandhom il-marda akuta fejn ikun hemm sintomi ta’ suffejra, qtugħ ta’ aptit, għejja, deni u urina skura u anke dawk b’marda kronika li ħafna drabi ma’ juru l-ebda sintomi. Is-sitwazzjoni f’Malta tvarja matul is-snin fejn ġeneralment ikun hemm inqas minn għaxar kazijiet ta’ epatite B akuta fis-sena. Is-sena l-oħra kien hemm erba’ każijiet akuti. |
| Minn studju li | sar fis-sena 2002, insibu li il-percentaġġ ta nies li għandhom l-epatite huwa fil-livell ta’ 0.94%. |
| L-epatite B | tittieħed b’diversi modi li jinkludu: |
· Kuntatt sesswali
· Omm infettata lit-tarbija
· Sharing ta’ labar infettati fid-drogati
· Tingiz fil-gisem bi strumenti infettati
· Transfussjoni ta’ demm infettat (hawn Malta d-demm jigi screened u għalhekk huwa safe).
| Tajjeb hawn | wieħed isserraħ ras in-nies li labar li jintużaw fi sptarijiet u kliniċi f’Malta huma disposable u għalhekk m’hemmx lok ta’ trasmissjoni minn dan il-mod. |
| Din hi marda | infettiva u għalhekk hemm lok għal prevenzjoni tal-firxa ta’ din il-marda. Irridu naghmlu enfasi fuq aktar għarfien dwar din il-marda u kif tittieħed, biex b’hekk wieħed jieħu il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa. |
| Ommijiet li jkun | se jkollhom tarbija jiġu offruti li jsirilhom it-test ta’ l-epatite B biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tipproteġi lit-tarbija. |
| Nies li jieħdu d-droga | jingħataw labar u siringi b’xejn biex innaqsu l-firxa ta’ din il-marda fost id-drogati. Tattoo clinics jiġu rregolati biex nassiguraw li jkollhom strumenti ndaf u jittieħdu prewkazzjonijiet. |
| Fi sptarijiet u | kliniċi, il-labar li jintużaw huma disposable u strumenti oħra jiġu sterilizzati biex jitnaqqas ir-riskju b’dan il-mod. |
| Bħala mezz ta’ | prevenzjoni hemm it-tilqima kontra dan il-virus li hija offruta lit-tfal kollha fl-iskeda tat-tilqim nazzjonali. Hija ukoll offruta lin-nies li jaħdmu fil-kura tas-saħħa. |
| Din il-policy | li se nippreżentaw illum hija bbażata dwar il-prevenzjoni tal-marda tal-epatite B f’postijiet tax-xogħol, Din tapplika kemm ghal postijiet pubblici, kif ukoll private u anke għall-individwi |
| Din il-policy | hija ħidma ta’ grupp ta’ professjonisti f’dan il-qasam u għandha l-għan li tipproteġi kemm lill-ħaddiem kif ukoll lill-pazjent. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en