Left arrow Go Back

‘PAQPAQLI GĦALL-ISTRINA 2009’ – 13 TA’ DIĊEMBRU 2009

pr1989
Date Icon 17/11/2009
WAĦDA MILL-IKBAR ATTIVITAJIET TAL-KAROZZI LIQATT SE TKUN SARET F’MALTA
Il-President George Abela ippresiedaKonferenza tal-Aħbarijiet fejn tħabbret id-data ta’ ‘Paqpaqli għall-Istrina’ ta’ din is-sena.
Tonio Darmanin, li għal dawn l-aħħar erba’snin kien il-moħħ wara din l-attivita’ ‘Paqpaqli għall-Istrina’ li l-iskop warajha hu sabiex jinġabru fondi għall-Istrina, spjega kif din is-sena ħass il-ħtieġa li jorganizza attivita’ mhux biss statika, wirja tal-karozzi b’mudelli antiki u ultra moderni, imma se ssir attivita’ b’differenza li f’Malta qatt ma saret bħala.
Huma ħafna dawk li għandhom passjoni għalmotor sport imma f’Malta dejjem għandna il-problema tal-facilita’ u b’hekk nibtet l-idea f’moħħ l-organizzaturi sabiex javviċinaw lil Malta International Airport sabiex tintuza it-taxi way ghal din l-attivita’ fejn dawk li huma midħla f’dan ix-xorta ta’ sport, ikunu jistgħu ghal darba, juzaw il-karozzi li għandhom ċerta saħħa, imma m’hemmx fin-norma fejn issuqhom. Is-Sur Darmanin irringrazzja lil Office of the Manager Airport Security (OMAS), lil Malta International Airport kif ukoll lil Lufthansa Technik li qed jghinu biex din l-attivita’ tkun possibbli.
Is-Sur Tonio Cini, Chairman tal-MaltaMotorsport Federation li qegħdin jikkollaboraw b’risq dan l-ispettaklu tal-karozzi, qal li din hija attivita’ ġdida fejn barra li wieħed jista’ jgawdi mill-ġmiel tal-karozzi, il-clubs se jkollhom l-opportunita’, bil-potenzjal li toffri l-facilita’, li jesibixxu dan l-isport tagħhom. L-attivita’ se tikkonsisti fi tlielaq, Go carting, attivitajiet bi squad bikes u anki extreme offroading. Assikura wkoll li dawn it-tlielaq se jkunu osservati bis-sigurta’ meħtieġa.
‘Paqpaqli għall-Istrina 2009’ se tkunspettaklu li fin-norma trid tkun barra minn xtutna biex issegwi xi ħaġa simili. Il-pubbliku li se jattendi se jkollu wkoll l-opportunita’ li jmur dawra bil-helicopter, li parti mid-dħul se jmur ukoll għall-Istrina. Il-Varjeta’ tal-vetturi se tkun mill-iktar antiki ghall-aktar karrozzi moderni.
L-MIA qed toffri 180 post għall-parkeġġb’xejn, f’area riservata, imbagħd bi transport ipprovdut, wieħed jista’ jasal bil-kumdita’ sal-faċilta’.
Rosette Fenech, rapprezentanta tal-MIA, fid-diskorstagħha qalet li l-MIA jagħtu mportanza kbira fejn tidħol il-kultura, l-ambjent u l-isport; u b’din l-okkazjoni qed jiġu milħuqa żewġ għanijiet, dak sportiv u filantropiku. L-MIA temmen li dan l-isport, li mhux daqshekk komuni li jiġi pprattikat kif suppost f’Malta minħabba nuqqas ta’ faċilita’, permezz tiegħu qed tittieħed l-inizjattiva biex jinġabru fondi għall-Istrina sabiex il-Malta Community Chest Fund tkun tista’ tilħaq l-għanijiet tagħha.
Mark Spiteri, li kien qed jirrapprezenta lilLufthansa Technik, spjega li kif il-facililta’ tal-Lufthansa Technik, diġa’ qed tilqa’ l-Istrina l-għada tal-Milied, għal din l-okkazjoni, barra milli se jospitaw il-wirja tal-vetturi f’wieħed mill-hangars, se jagħtu wkoll opportunita’ lill-pubbliku li jkun qed jattendi permezz ta’ open day, sabiex ikunu jistgħu isegwu x-xogħol mill-qrib li toffri l-Lufthansa Technik bin-nies tekniċi tagħha.
Il-President George Abela, f’isem il-MaltaCommunity Chest Fund, irringrazzja lil organizzaturi, u lil dawk kollha li b’xi mod qed jorganizzaw dawn ix-xorta ta’ attivitajiet, fejn barra li jattiraw lill-pubbliku in ġenerali, qed jagħmlu din l-opra ta’ karita’ kbira ta’ ġbir, biex titjieb il-kwalita’ ta’ ħajja lil min hu fil-bżonn.
Matul ix-xahar ta’ Diċembru, il-MaltaCommunity Chest Fund se jkollu diversi opportunitajiet ta’ ġbir ta’ fondi, u dan peress illi l-MCCF ikollha diversi talbiet għall-għajnuna mingħand diversi ndividwi, li jammontaw għal madwar tlett elef talba fis-sena. Barra l-individwi hemm ukoll diversi għaqdiet li jiddependu mill-MCCF għal għajnuna, fejn din is-sena permezz ta’ l-Istrina, se jibbenifikaw tmintax-il għaqda.
Barra ‘Paqpaqli għall-Istrina’, f’Diċembru sessir il-President’s Charity Run fis-6 ta’ Diċembru u fil-11 ta’ Diċembru se jittella’ rkant f’San Anton, minn 40 artist lokali.
Dawn kollha jagħtu bidu tajjeb għall-Istrinali se tittella’ l-għada tal-Milied minn ġol-bini ta’ Lufthansa Technik
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow