Left arrow Go Back

Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg jinawgura proġett ta’ Libreriji ta’ Kotba Maltin fi Brussell u l-Lussemburgu

pr1986
Date Icon 17/11/2009
Il-Viċi PrimMinistru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onor. Tonio Borg inawgura proġett ta’ libreriji ta’ kotba Maltin għat-tfal Maltin fl-iskejjel Ewropej li jgħallmu l-Malti fi Brussell u fil-Lussemburgu. Il-kotba ser iservu biex ikun hemm għażla ikbar minn fejn l-istudenti jissellfu kotba u b’hekk ikomplu japprezzaw il-kultura u l-lingwa Maltija.
Dan l-avveniment,li seħħ fil-15 ta’ Novembru 2009, f’Dar Malta fi Brussell, ġie organizzat fuq l-inizjattiva tar-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, u l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Belgju u l-Lussemburgu, is-Sur Pierre Clive Agius, flimkien mal-Cultural Diplomacy Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Fl-introduzzjonitiegħu, l-Ambaxxatur Pierre Clive Agius semma kif illum it-tfal Maltin għandhom għażla vasta u varjata ta’ kotba bil-Malti. Dawn huwa possibbli grazzi għax-xogħol siewi ħafna li qed jagħmlu l-pubblikaturi u l-awturi Maltin, li aktar ma’ jgħaddi ż-żmien dejjem qed jippublikaw kotba ta’ livell għoli u li jkopru diversi oqsma.
Il-Viċi Prim Ministru tkellem rigward l-importanzata’ l-użu tal-Malti. Huwa stqarr li jħossu kburi li jista’ jitkellem bil-Malti waqt laqgħat ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Borg irrefera wkoll għall-Konvenzjoni li ser issir f’Malta f’Marzu ta’ l-2010 ta’ assoċjazzjonijiet tal-Maltin li qed jgħixu barra minn Malta.
Dinil-Konvenzjoni, kompla jgħid il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, ser isservi biex tindirizza l-interessi tal-Maltin li jgħixu barra minn xtutna u biex jitressqu inizjattivi ġodda.
Huwa grazzigħall-għajnuna ta’ l-isponsors (Allied Publications, Fanny Jo Publications, Librerija Preca, Merlin Library, Midsea Books Ltd. u Rita Antoinette Borg) li kien possibbli li jinġabru dawn il-kotba biex jingħataw lill-libreriji ta’ l-iskejjel Ewropej.
Fl-iskejjelEwropej li jgħallmu l-Malti fil-Belġju u l-Lussemburgu hemm tliet għalliema tal-Malti li qed jgħallmu 41 student.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow