Left arrow Go Back

GĦOTJA TA’ APPARAT LILL-ISPTAR ĠENERALI TA’ GĦAWDEX

pr1966
Date Icon 12/11/2009
Il-Gozo CCUFoundation dalgħodu ppreżentat lill-Amministrazzjoni tal-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, apparat u sodod ġodda li jaħdmu bl-elettriku, biex jieħdu post dawk li kienu qed jintużaw sa issa fis-sala tas-CCU u l-ITU. Dan l-apparat ġie inawgurat mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, waqt iċ-ċerimonja li saret fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, u li għaliha attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said.
Waqt il-preżentazzjoni ta’ dan l-apparat,is-Sinjura Carmen Bellamy, li hija ċ-Chairperson tal-Gozo CCU Foundation, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha, filwaqt li spjegat kif hi u żewġha Paul ħassew il-bżonn li jikkontribwixxu għall-benefiċċju tal-isptar, bħala sinjal ta’ apprezzament għas-servizzi mogħtija b’dedikazzjoni mill-amministrazzjoni u l-impjegati tal-isptar. Saħqet li l-apparat ġdid f’Għawdex huwa ta’ benefiċċju mhux biss għall-komunità lokali iżda għal bosta Maltin u turisti li jżuru l-gżira ta’ Għawdex.
Minbarra s-sodod elettriċi fis-CCU, sal-lum,is-CCU Foundation għamlet donazzjoni ta’ monitor għal kull sodda fis-CCU, Central Unit għall-Infermiera, printer, kif ukoll portable monitor li jintuża meta l-pazjenti jiġu trasferiti lejn Malta jew barra minn Malta. Ftit tal-ġimgħat ilu, din il-fondazzjoni għamlet ukoll donazzjoni ta’ apparat ieħor għall-użu fid-dipartiment tal-A & E u fuq l-ambulanzi.
Minn naħa tagħha, il-Ministru Giovanna Debonoqalet li l-inizjattivi li jittieħdu minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, bħal dawk li ġew meħuda mill-Gozo CCU Foundation, huma ta’ min japprezzahom. Żiedet tgħid li s-sens filantropiku jappoġġja l-impenn kontinwu tal-gvern biex jagħti servizzi aħjar u aktar moderni lill-komunità. Spjegat kif il-Ministeru għal Għawdex kontinwament iwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u jipproġetta faċilitajiet ġodda biex is-servizzi tas-saħħa f’Għawdex ikomplu jiġu mtejba.
Il-Ministru Debono fakkret kif fil-baġit ligħadu kif ġie mħabbar, hemm allokazzjoni ta’ fondi li ser jissarfu f’aktar titjib fis-servizzi tas-saħħa f’Għawdex. Dan ser jinkludi x-xiri ta’ żewġ ambulanzi ġodda li ser itejbu s-servizz li jingħata lil pazjenti f’Għawdex kif ukoll oħrajn li jkollhom bżonn ta’ servizzi minn sptarijiet f’Malta. Il-Ministru spjegat ukoll ix-xogħol li għaddej bħala bażi għat-twaqqif ta’ taqsima tar-radjoloġija kif ukoll ir-ristrutturar tat-tieni sala tal-operazzjonijiet, li ser jinkludi xogħol strutturali u xiri ta’ apparat modern. Semmiet ukoll li ser jitfassal Masterplan sħiħ li jindirizza l-ħtiġijiet fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex għall-25 sena li ġejjin.

Il-kumitat tal-Gozo CCU Foundation li ilha mwaqqfa minn Ottubru 2006, esprima l-apprezzament tiegħu għal dawk kollha li taw l-appoġġ tagħhom jew għenu permezz tad-donazzjonijiet jew mezzi oħra matul is-snin. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku www.gozoccufoundation.com jew fuq in-numru tat-telefon 79566496.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow