Left arrow Go Back

IL-KUNSILL LOKALI TA’ SAN PAWL IL-BAĦAR INIEDI PROĠETT MARBUT MAL-UŻU EFFIĊJENTI TAL-ENERĠIJA

pr1965
Date Icon 12/11/2009
Aktar minn6,000 Ewro mill-Iskema tal-Użu Effiċjenti tal-Enerġija
Fi Triq Jean dela Cassière f’San Pawl il-Baħar ġiet inawgurata sistema ġdida ta’ dawl li jaħdem bl-enerġija tax-xemx.  Dan il-proġett ġie jiswa ‘l fuq minn 7,000 Ewro fejn il-Kunsill Lokali bbenefika minn aktar minn 6,000 Ewro mill-Iskema ta’ Użu Effiċjenti tal-Enerġija. Din l-iskema kienet imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni.
Is-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said żar dan il-proġett u faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali li ħataf l-opportunità offruta permezz tal-iskema msemmija u ħadem fuq proġett li juża enerġija alternattiva li tgħin biex jonqos it-tniġġiż tal-arja.
Chris Said qal lil-Kunsill Lokali ssodisfa l-bżonn tar-residenti tat-triq li kienet għadha mhix imdawwla, iżda biex għamel dan ma marx għall-eħfef u l-aktar soluzzjoni faċli.  Il-Kunsill fehem il-bżonn li kull lokalità trid tagħti s-sehem tagħha biex tittaffa l-problema tat-tniġġiż tal-arja u emmen li hu wkoll jista’ jagħmel xi ħaġa sabiex tingħeleb din l-isfida globali.
Is-sistemamnedija f’San Pawl il-Baħar hija ddisinjata speċifikament għal Malta u dan jassigura li d-dawl ikun provdut b’mod konsistenti u effiċjenti.  Apparti l-ispejjeż tal-elettriku din is-sistema se tiffranka spejjeż oħra bħalma huma dawk ta’ stallazzjoni ta’ metres, tħaffir tat-trinek fit-triq, stallazzjoni ta’ grid u oħrajn.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said qal li mill-iskema għall-użu effiċjenti tal-enerġija bbenefikaw xejn anqas minn 41 kunsill lokali li bejniethom ħadu madwar 400,000 Ewro.  Fost dawn kien hemm konsorzju ta’ 15-il kunsill lokali li ffirmaw ftehim ta’ koperazzjoni sabiex iwettqu proġett flimkien u dawn ibbenefikaw minn aktar minn 200,000 Ewro.
Il-proġetti uinizjattivi li qed jiġu mwettqa mill-kunsilli lokali jvarjaw minn sistemi ta’ enerġija rinnovabbli ta’ effiċjenza għolja sa stallazzjoni ta’ solar water heaters fuq il-bini tal-istess kunsilli lokali.
Chris Saidinkoraġġixxa lill-kunsilli lokali sabiex fl-inizjattivi u proġetti kollha tagħhom iżommu quddiem għajnejhom li huma wkoll jistgħu jikkontribwixxu biex tintrebaħ l-isfida tat-tniġġiż tal-arja u t-tibdil fil-klima u hekk jiġi assigurat li l-pajjiż kollu jkun qed jaħdem biex jilqa’ għal dik li hi sfida globali u li taffetwana direttament.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow