Left arrow Go Back

STQARRIJA mill Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport

pr1963
Date Icon 11/11/2009
Il-flus għar-Riformafl-Edukazzjoni żdiedu u mhux tnaqqsu
Din is-sena l-Gvern ivvota €3.1 miljun oħrabiex  jimplimenta r-riforma fl-Edukazzjoni. Is-sena l-oħra diġa’ kien ivvota  €4.4 miljun. Dan ifisser li l-Gvern ivvota s-somma ta’ €7.5 miljun f’sentejn għar-riforma fl-Edukazzjoni li hi strateġija mifruxa fuq numru ta’ snin. Dawn il-flus marru f’riżorsi umani għaliex kienu ngaġġati numru ta’ professjonisti fil-qasam edukattiv biex jitjiebu s-servizzi mogħtija lill-istudenti fl-iskejjel tagħna.
Dan iġib fix-xejn dak li qal il-kelliemtal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi stqarrija li ħareġ il-bieraħ.
Fl-istess stqarrija l-kelliem tal-Oppożizzjoniqal li s-sena li għaddiet il-Gvern ivvota  €46 miljun għan-nefqa kapitali li minnhom intużaw biss ftit iżjed minn €19-il-miljun.
Anke hawn l-Onor Bartolo ma hux korrett.  Il-votta’ €46 miljun f’nefqa kapitali s-sena li għaddiet ma kienx biss għall-edukazzjoni imma wkoll għall-kultura u l-isport.  Barra minn dan, sa tmiem din is-sena għad fadal numru ta’ kontijiet li jridu jitħallsu għal xogħlijiet li saru fi proġetti kapitali.  Barra minn dan, din in-nefqa kapitali kienet tinkludi fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea li l-proġetti li jridu jsiru bihom huma mifruxa fuq numru ta’ snin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow