Left arrow Go Back

MEMBRI PARLAMENTARI JAPPREZZAW IL-FIERA TAL-KTIEB

pr1958
Date Icon 11/11/2009
Membri Parlamentari miż-żewġnaħat tal-Kamra baqgħu impressjonati bil-ħidma kbira li awturi, pubblikaturi u stamperiji qed iwettqu fil-produzzjoni tal-ktieb Malti. Ilkoll kellhom kelma ta’ apprezzament għar-rikkezza ta’ kotba li qed jiġu esebiti fil-Fiera tal-Ktieb Malti u appellaw lill-familji Maltin sabiex irabbu lil uliedhom imdawrin mill-kotba u fil-gost tal-qari.
Il-Membri Parlamentari,flimkien mal-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Louis Galea, dalgħodu żaru l-Fiera tal-Ktieb Malti li qed tittella’ f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Il-Membri kienu l-Onorevoli David Agius, Charlo Bonnici, Franco Debono, Beppe Fenech Adami, Philip Mifsud u Marlene Pullicino. Id-delegazzjoni ġiet milqugħa u mdawra fil-Fiera minn Dr. Ġorġ Mallia, President, u membri oħra tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
L-iSpeaker Louis Galea sostnal-appoġġ tal-Parlament għall-inizjattivi li qed jitwettqu b’risq il-ktieb Malti sew jekk fl-ilsien Malti, kif ukoll f’ilsna oħra. Huwa qal li l-ħidma tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb hi essenzjali biex il-ktieb Malti u l-awturi Maltin u Għawdxin ikunu promossi u rikonoxxuti.
“Il-Parlament Malti lestjissieħeb f’inizjattivi biex il-ktieb Malti u l-qari jinxterdu b’aktar ħeġġa u riżultati fost il-poplu Malti ta’ kull età. Il-poplu Malti għandu tassew għaliex ikun kburi li għandu poeti, rumanziera, drammaturgi u kittieba ta’ kull ġeneru li mhux biss tawna letteratura Maltija mill-isbaħ, iżda b’ħafna sagrifiċċji qed jibnu patrimonju tal-aqwa valur fil-qasam tal-kotba Maltin. L-appell tagħna hu li l-apprezzament nuruh b’ġest sempliċi iżda sinifikattiv billi nagħżlu li nagħtu kotba bħala rigal f’kull okkażjoni possibbli, speċjalment f’okkażjonijiet tat-tfal.”
Dr Ġorġ Mallia, il-Presidenttal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, qal li l-Kunsill hu mpenjat li jsegwi kull riċerka li titfa’ dawl fuq is-sitwazzjoni tal-qari f’Malta biex jifhem aktar x’jistgħu jkunu r-raġunijiet għal-livell mhux sodisfaċenti ta’ kultura ta’ qari. Dr Mallia saħaq li l-ktieb Malti llum il-ġurnata jħabbata ma’ l-aqwa kwalità li wieħed isib barra minn Malta. “Dan hu mertu ta’ Maltin li jissugraw flushom biex jippubblikaw, jistampaw u jimpurtaw kotba. Il-poplu Malti għandu tassew għax ikun grat u rikonoxxenti.”  Dr Mallia irringrazzja lill-Parlamentari għall-interess u l-inkoraġġiment li wrew.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow