Left arrow Go Back

Mixja fil-Kampanja Għawdxija

pr1950
Date Icon 09/11/2009
Bħala parti mill-inizjattiva tal-gvern biexjagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika, il-Ministeru għal Għawdex permezz tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa f’Għawdex u l-Assoċjazzjoni Ramblers qed jorganizza mixja bit-tema: Il-Kampanja u ż-żona madwar in-Nadur, nhar il-Ħadd 15 ta’ Novembru.
Din il-mixja se ssir f’żona partikolari madwarin-Nadur, li normalment mhix aċċessibli għall-pubbliku. Dawk li ser jattendu mitluba jiltaqgħu fl-iskola Primarja tan-Nadur fis-1.00 p.m., fejn l-ewwel ser issir introduzzjoni mis-Sur Lino Bugeja u mis-Sur Alex Vella, membri attivi fl-Assoċjazzjoni Ramblers  u wara t-tabib Mario Saliba jiggwida l-mixja. Għal din l-attività, li mistennija tieħu madwar sagħtejn, wieħed għandu jilbes ilbies addattat għall-mixi.
Din l-attività tenfasizza wkoll fuq l-importanzata’ l-eżerċizzju fiżiku u ikel tajjeb għas-saħħa għal kwalità ta’ ħajja aħjar. B’hekk minbarra li tkun opportunità tajba biex wieħed jiskopri l-kampanja Għawdxija f’dan iż-żmien tas-sena, tkun ukoll ta’ motivazzjoni għal attività fiżika.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel fuq 21633126 / 21313926 / 21554828 jew iżur il-website: www.eco-gozo.com.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow