TAGĦRIF DWAR IL-BUDGET 2010
pr1938
06/11/2009
| Id-Dipartiment | ta’ l-Informazzjoni jixtieq javża li ser joffri dawn is-servizzi ta’ tagħrif dwar il-Budget 2010. |
| Il-Budget | fuq l-Internet |
Nhar it-Tnejn, 9 ta’ Novembru, hekk kif il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jispiċċa d-diskors tiegħu tal-Budget fil-Parlament, fuq il-website tad-DOI ( www.doi.gov.mt ) ser tittella’ link mal-website tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ( www.mfin.gov.mt ) bit-test shih tad-Diskors tal-Budget, l-Estimi Finanzjarji, kif ukoll l-Economic Survey.
| Barra minnhekk, tard | filghaxija se jittella’ online fuq il-website tad DOI, audio recording tad-diskors tal-Budget.Audio u video recordings tal-Konferenza Stampa li ser jagħtu l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, nhar it-Tnejn wara l-qari tad-Diskors tal-Budget, se tkun online fuq il-website tad-DOI, it-Tlieta, 10 ta’ Novemberu 2009. |
| Pubblikazzjonijiet | dwar il-Budget |
| Kopji stampati tad-Diskors | tal-Budget (€2.50), l-Estimi Finanzjarji (€5), u l-Economic Survey (€5), ser ikunu għall-bejgħ mid-DOI Sales Office, 3 Misraħ Kastilja, Valletta, minn nhar it-Tlieta, 10 ta’ Novembru, 2009. |
Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel fuq 2200 1747 jew jibgħat e.mail lil: info.doi@gov.mt
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en