Left arrow Go Back

Disgħa u għoxrin Kunsill Lokali japplikaw għall-Proġett tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ

pr1937
Date Icon 06/11/2009
Disgħa u għoxrin(29) Kunsill Lokali applikaw biex jipparteċipaw fil-Proġett tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ li tnieda f’Settembru li għadda, mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Il-lokalitajietli għażlu li jipparteċipaw huma:
Valletta, Birgu,Birkirkara, Bormla, Birżebbuġa, Fgura, Floriana, Gudja, Iklin, Imtarfa, Imsida, Isla, Kirkop, Mosta, Nadur. Naxxar, Pietà, Qormi, Rabat (Malta), Rabat (Għawdex), San Ġwann,  San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Siġġiewi, Swieqi, Tarxien, Ħaż Żebbuġ u Żurrieq.
Il-proġettil-ġdid tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ se jkun qed joffri opportunità lil numru akbar ta’ żgħażagħ biex ikunu ċittadini attivi billi jipparteċipaw fi proċess politiku ta’ diskussjoni u deċiżjonijiet. Dan billi bi djalogu strutturat, jiddiskutu dak kollu li qiegħed jaffettwa l-lokalità tagħhom, f’laqgħat imfassla fuq is-seduti tal-Kunsilli Lokali. Permezz ta’ dan il-proġett, iż-żgħażagħ se jkunu wkoll f’pożizzjoni li jwasslu leħinhom u jressqu l-interessi tagħhom b’mod dirett fil-Kunsill Lokali tal-kbar.
Minbarra dan,il-proġett hu mmirat ukoll biex joffri taħriġ fit-tmexxija liż-żgħażagħ involuti dwar:

·        il-liġi tal-Kunsilli Lokali, 

·        kif jitfassal pjan ta’ ħidma,

·        korsijiet dwar diskorsi fil-pubbliku,

·        kif jittieħdu minuti ta’ laqgħa,

·        kif tirrelata mal-pubbliku,

·        kif ukoll taħriġ dwar l-inovazzjoni u l-kreattività.  

Tlieta mill-KunsilliLokali taż-Żgħażagħ se jkunu wkoll f’pożizzjoni li fl-aħħar tal-proġett jiksbu għajnuna finanzjarja mill-Gvern biex flimkien mal-Kunsill Lokali tal-kbar jagħmlu proġett li minnu tgawdi il-komunità kollha. Dan il-proġett qed isir b’investiment ta’ €70,000.
Mill-ġimgħa d-dieħlase jibdew jitqassmu l-inviti liż-żgħażagħ fil-lokalitajiet rispettivi biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jipparteċipaw f’dan il-proġett. Dawk iż-żgħażagħ interessati li jipparteċipaw se jkollhom iċ-ċans sat-2 ta’ Diċembru 2009, biex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow