Il-Cruiseliner ‘MS Prinsendam’ jagħmel waqfa f’Għawdex.
pr1936
06/11/2009
| Wieħed mis-seba’ cruiseliners li jumejn | ilu daħlu fil-Port il-Kbir f’Malta, għamel ukoll waqfa f’Għawdex. L-MS Prinsendam waqaf għal ġurnata f’Għawdex biex b’hekk kien it-tieni vapur ta’ dan it-tip li żar Għawdex fi żmien ġimgħa. |
| L-MS Prinsendam li jagħmel parti | mil-linja Holland America Line u li l-aġenti tagħhom f’Malta huma rappreżentati mill-kumpanija O.F. Gollcher & Sons Ltd., kien qed iġorr 751 passiġġier flimkien ma’ 450 membru ta’ l-ekwipaġġ. Il-vapur, li hu twil 204 metri, ankra ftit il-barra mill-port ta’ l-Imġarr għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu u ħalla Għawdex għal ħabta tas-6.00 p.m. fi triqtu lejn Trapani. |
| Permezz ta’ koordinazzjoni mill-Ministeru għal | Għawdex tħejja spazju biex tingħata merħba lill-passiġġieri li niżlu l-art. Il-viżitaturi ntlaqgħu bid-daqq u żfin folkloristiku mill-Astra Folk Group li ħolqu atmosfera mhux tas-soltu fl-Imġarr. |
| Rappreżentanti ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu (MTA) | u l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex (GTA) qassmu materjal promozzjonali u informattiv dwar il-gżira ta' Għawdex. |
| Għadd ta’ passiġġieri ħadu numru ta’ | eskursjonijiet varji madwar Għawdex li ġew koordinati mill-kumpanija Mifsud Brothers. L-attivitajiet kienu jinkludu jeep safaris, żjarat f'siti storiċi u mużewijiet, esperjenzi agro-turistiċi f'inħawi agrikoli fejn it-turisti setgħu wkoll iduqu ikel, inbid u xorb magħmul mil-lumi u l-larinġ. Oħrajn ippreferew li jinżlu l-art u jimirħu mal-gżira b'mod liberu. Ma naqsux żjarat madwar il-kampanja u l-ambjenti rurali tal-gżira f'dan iż-żmien tas-sena. |
| Il-Ministeru għal Għawdex irċieva kummenti | pożittivi min-naħa ta’ l-organizzaturi fir-rigward ta’ l-esperjenza turistika pożittiva li dawn it-turisti kellhom f’Għawdex. Madwar 650 passiġġier li jammontaw għal 87% tal-passiġġieri fuq l-MS Prinsendam, niżlu l-art matul il-ġurnata. |
| Dan iġib in-numru ta’ passiġġieri tal-cruiseliners | li żaru Għawdex f’ġimgħa għal 1,600 passiġġier, wara li l-ġimgħa li għaddiet, waqaf qrib Għawdex il-cruiseliner MS Rotterdam li kien qed iġorr 1,256 passiġġier flimkien ma’ 589 membru ta’ l-ekwipaġġ. Dan kien l-ikbar vapur ta’ dan it-tip li qatt waqaf qrib il-gżira ta’ Għawdex. |
| Aktar kmieni din | is-sena, l-Club Med II u r-Royal Clipper ukoll għamlu waqfa ta’ jum qrib Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en