KONFERENZA INTERNAZZJONALI DWAR L-ARKIVJI - L-ARKIVISTA TAS-SEKLU 21: STRATEĠIJI ĠODDA GĦALL-EDUKAZZJONI U T-TAĦRIĠ
pr1934
06/11/2009
| F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-Arkivji | Nazzjonali fir-Rabat, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kulura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, tat dettalji dwar il-41 edizzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar l-Arkivji li se ssir f’Malta bejn is-17 u l-21 ta’ dan ix-xahar. |
| Il-Ministru Cristina qalet li din | il-konferenza annwali hi organizzata mill-Kunsill Internazzjonali tal-Arkivji bl-iskop li ġġib flimkien membri tiegħu ma’ organizzazzjonijiet professjonali biex flimkien jiddiskutu suġġetti ta’ relevanza għad-dinja tal-arkivisti u dawk li jżommu r-rekords. |
| Kien tliet snin ilu li Malta ssottomettiet | il-kandidatura tagħha biex torganizza l-konferenza ta’ din is-sena. |
| L-organizzaturi jinsabu ferm kuntenti | bil-livell ta’ parteċipazzjoni għal din il-konferenza u s’issa aktar minn 220 persuna kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom. Dan in-numru hu akbar minn dawk li attendew fl-aħħar konferenzi ta’ din l-organizzazzjoni. Barra min-numru ta’ delegati, importanti wkoll li wieħed jinnota li se jkunu rappreżentati 79 pajjiż differenti. |
| Fil-fatt se jkun hawn delegati minn 17-il | pajjiż Afrikan, 11 mill-Amerika, 15 mill-Asja, 3 mill-Awstralja u 33 minn pajjiżi Ewropej. |
| Waqt il-laqgħa f’Malta se ssir ukoll | il-laqgħa tal-Assoċjazzjoni tal-Arkivisti u Rekord Maniġers tal-Commonwealth li bħalissa ċ-Chairman tagħha hu l-Arkivista Nazzjonali ta’ Malta, Charles Farrugia. |
| Se jsir ukoll il-lecture Annwali tal-Arkivji | Pubbliċi li se jingħata minn Victoria Borg O’Flaherty li hi Arkivista mwielda Malta u hi Direttur tal-Arkivji Nazzjonali ta’ St.Kitts-Nevis. |
| Se ssir ukoll laqgħa biex tapprova d-Dikjarazzjoni | Universali dwar l-Arkivji li se tkun diskussa waqt il-Konferenza u wieħed jittama li jsir qbil dwarha f’pajjiżna wkoll. |
| Il-Ministru Cristina sostniet li s-suġġetti | trattati matul il-konferenza huma ta’ interess kbir mhux biss għal Malta imma għad-dinja kollha tal-Arkivistika. Bl-iżviluppi fit-teknoloġija, bl-era diġitali li qegħdin fiha anke ż-żamma tal-arkivji trid tinbidel u tkun aġġornata maż-żminijiet. Biex dan isir irid ikollna nies imħarrġa apposta fil-metodi ġodda taż-żamma tar-rekords u l-arkivji. |
| Hi qalet li f’Malta diġà qed jingħata taħriġ | lil numru ta’ nies f’dan il-qasam. Fil-fatt mill-Università ta’ Malta fl-aħħar sentejn ħarġu 11-il persuna gradwati fl-Arkivistika u f’Ottubru li għadda kien hemm 7 studenti oħra li bdew dan il-kors. |
| Il-Ministru rringrazzjat lis-Sur Charles | Farrugia, l-Arkivista Nazzjonali, u n-nies tiegħu għall-ħidma kbira li wettqu bi preparazzjoni għal din il-konferenza u tittama li minnha joħorġu riżultati pożittivi ħafna għal dan il-qasam importanti li jirrappreżenta il-memorja nazzjonali tal-pajjiż. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en