IMNIEDI L-PJAN TA’ ESTENSJONI U RIĠENERAZZJONI TAĊ-ĊIMITERJU SANTA MARIA ADDOLORATA
pr1933
06/11/2009
| L-Onor. John Dalli, Ministru għall-Politika | Soċjali, dalgħodu nieda uffiċjalment il-pjanijiet tal-Gvern għaċ-Ċimiterju Santa Maria Addolorata, waqt konferenza tal-aħbarijiet li preżenti għaliha kien hemm ukoll l-Onor. Joe Cassar, Segretarju Parlametari għas-Saħħa. |
| Waqt preżentazzjoni li saret dalgħodu | mill-Ministru Dalli, kienu spjegati l-oġġettivi tal-Gvern għar-riġenerazzjoni taċ-ċimiterju biex fi kliem il-Ministru Dalli stess, dan iċ-ċimiterju jerġa’ jieħu lura l-valur arkittetoniku tiegħu. |
| Il-Ministru Dalli spjiega kif il-Gvern għandu | erba’ oġġettivi. L-ewwel oġġettiv huwa l-estensjoni taċ-ċimiterju biex jiżdied b’9,066 qabar. It-tieni oġġettiv huwa l-upgrading tal-parti eżistenti fejn se jiġu indirizzati l-bżonnijiet strutturali taċ-ċimiterju, fosthom, it-toroq interni, id-distribuzzjoni tal-ilma, u r-ristrutturar tal-kappella. It-tielet oġġettiv hu li l-amministrazzjoni taċ-ċimiterju tiġi assenjata lill-operatur privat taħt managment agreement u skond standards rigorużi. Jiġi assikurat il-finanzjament meħtieġ biex il-manutenzjoni taċ-ċimiterju tibqa’ ssir b’mod rigoruż fis-snin li ġejjin. |
| Il-Ministru għall-Politika Soċjali qal li dan | il-proġett se jkun self financing u se jkun qed jitħallas mill-bejgħ tal-oqbra li l-prezz tagħhom se jkun ippubblikat dalwaqt b’Avviż Legali. |
| Il-Ministru temm jgħid li dan il-proġett se | jibda jitlesta fi żmien tliet snin f’fażijiet u li b’mod immedjat se jibda r-restawr tal-parti eżistenti taċ-ċimiterju. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en