Left arrow Go Back

MIFTUĦ MILL-ĠDID IL-KANAL TAL-ILMA FIS-SALINI

pr1925
Date Icon 05/11/2009
Dalgħodu  l-Ministru għar-Riżorsi u l-AffarijietRurali George Pullicino żar il-proġett tas-Salini fejn reġa’ nfetaħ mill-ġdid il-kanal tal-mogħdija tal-ilma  (“Is-Sukkursu"), u b’hekk reġgħet inħolqot iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma baħar madwar is-Salini f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Il-Ministru Pullicino qal li dan il-proġett sarb’investiment ta’ madwar €250,000, li kien jinkludi wkoll it-tisħiħ u r-restawr ta’ ħajt ta’ madwar 90 metru li kellu numru ta’ ħsarat kawża tal-maltemp. Dan il-ħajt imur lura għal żmien il-Kavallieri.
Dan il-kanal, li hu twil madwar 835 metru u fond1.5 metri, għal snin twal kien jimtela materjal u skart u fil-maltemp kien jispiċċa blukkat. Minħabba dan ma kienx qed jiġi ġġenerat kurrent u għalhekk l-ilma kien ikun staġnat bir-riżultat li kien hemm riħa ta’ ilma qiegħed f’din iz-zona. Matul ix-xogħlijiet ittellġħu mal-10,000 tunellata ta’ materjal minn dan il-kanal; permezz ta’ dan l-intervent ir-riħa telqet għall kollox. Sabiex il-kanal jibqa’ dejjem fl-istat li hu llum ser tibqa’ ssir manutenzjoni kontinwa.
Din il-korsa tal-ilma kienetmaħluqa apposta meta nbnew is-salini fiż-żmien il-Kavallieri. Il-moviment tal-mewġ u t-tides għandhom parti importanti fil-funzjoni tas-salini u l-mod kif kienu jiffunzjonaw.
Dan il-proġett huwa ħolqa minn katina ta’proġetti tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali biex tiġi riabilitata z-zona kollha tas-Salini. Dan ix-xogħol ser jikkonsisti wkoll fir-restawr u r-riabilitazzjoni tas-salini,  fir-restawr tal-huts li kienu jintużaw biex jiġi proċessat u stivat il-melħ, fir-restawr tax-Ximenes Redoubt, fit-tindif tal-‘garigue’ li fuqu kien mitfugħ materjal u anke fir-riabilitazzjoni tas-salt marsh. Din iz-zona hi wkoll kandidata tan-Natura 2000 u kemm il-huts, salini u Ximenes Redoubt huma skedati mill-Awtorita` ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow