Left arrow Go Back

IL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN IĦABBAR LI F’MARZU LI ĠEJ SE SSIR IL-KONVENZJONI TAL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA 2010

pr1922
Date Icon 05/11/2009
Waqt konferenza tal-Aħbarijiet indirizzatamilll-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onor Dr Tonio Borg, akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Cecilia Attard Pirotta, tħabbar li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin se jorganizza Konvenzjoni għall-Maltin li Jgħixu Barra 2010. Din se ssir bejn il-15 u t-18 ta’ Marzu 2010, fil-Kamra tal-Kummerċ, fi Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta.
Dr Tonio Borg qal li l-għan ta’ dinil-Konvenzjoni hi li teżamina l-progress u l-iżvilupp li sar fl-aħħar għaxar snin dwar id-drittijiet u l-interessi tal-Maltin li jgħixu barra minn pajjiżhom. Fl-istess waqt għandha sservi bħala okkażjoni sabiex jitnissġu inizjattivi ġodda għall-ġejjieni.
Il-Viċi Prim Ministru qal li ħatar kumitatimmexxi mis-Segretarju Permanenti Cecilia Attard Pirotta sabiex, fost affarijiet oħra, jiżgura li l-organizzazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni tkun waħda ta’ suċċess. Huwa kompla jgħid li l-kumitat qed jikkunsidra diġà numru konsiderevoli ta’ proposti u suġġerimenti li saru minn numru kbir ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet Maltin barra minn Malta. Huwa sostna li l-Kumitat diġà qiegħed jevalwa il-possibbiltà tas-suġġetti li għandhom jiġu ttrattati matul din il-Konvenzjoni. Dr Tonio Borg enfasizza li qed issir konsultazzjoni wiesa’ ma’ diversi organizzazzjonijiet sabiex din il-Konvenzjoni tkun waħda inklussiva kemm jista’ jkun.
Dr. Borg kompla jgħid li l-Kumitat se jkunqed jagħti importanza lill-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ sabiex fi kliemu din il-konvenzjoni tħares mhux biss lejn il-passat u l-preżent iżda wkoll lejn il-futur.
Matul il-konferenza, il-Viċi Prim Ministru uMinistru tal-Affarijiet Barranin semma l-liġi taċ-Ċittadinanza u qal li din issaħħet fl-aħħar snin. Dawn ir-riformi leġislattivi li saru fl-2000 u fl-2007, jiggarantixxu l-aċċess għaċ-ċittadinanza Maltija lil kull persuna, imwielda fejn hi mwielda, li tista’ tipprova li għandha relazzjoni f`linja diretta ma’ persuna ta’ nazzjonalità Maltija imwielda f’Malta. Fil-qosor, iċ-ċittadinanza ġiet estiża anki għal ġenerazzjonijiet oltre l-ewwel ġenerazzjoni mwielda barra minn Malta.
‘Il-mira tagħna hi li hekk kif dawnir-riformi jseħħu, tingħata aktar saħħa lid-drittijiet li joħorġu minn dawn ir-riformi. Tajjeb li nsemmu hawnhekk l-edukazzjoni u t-taħriġ. Fl-istess waqt għandna naraw ukoll li tingħata attenzjoni lil-lingwa Maltija u li din tiġi mgħallma wkoll barra minn Malta. Din għandha tinkludi fost affarijiet oħra l-istorja ta’ pajjiżna, it-tradizzjonijiet u l-folkor lokali. Dan jista’ jsir ukoll permezz tal-użu tat-teknoloġija moderna li tagħtina tant vantaġġi’.
Matul il-Konferenza, il-Viċi Prim MinistruTonio Borg qal li se jkun hemm għajnuna finanzjarja għall-parti mill-ispiża tal-ivvjaġġar għal dawk il-parteċipanti li se jiġu minn postijiet ’il bogħod, dejjem permezz ta’ applikazzjoni. Il-kriterji se jkunu trasparenti. Preferenza se tingħata lir-rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet.
Din hija t-tielet konvenzjoni li se tkunorganizzata għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta. L-ewwel Konvenzjoni saret fl-1969 u l-aħħar waħda fis-sena 2000. Il-Konvenzjoni tas-sena d-dieħla hija impenn ieħor li se jitwettaq mill-Gvern skont il-Manifest Elettorali tal-aħħar elezzjoni ġenerali.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’jaċċessa l-websajt tal-Konvenzjoni fuq www.foreign.gov.mt/convention. Dawk li jixtiequ iktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw lil Ms Doris Zammit fuq events.foreign@gov.mt
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow