STQARRIJA LILL-KAMRA TAR-RAPPREZENTANTI MILL-PRIM MINISTRU, DR LAWRENCE GONZI, DWAR IL-KUNSILL EWROPEW LI NŻAMM FID-29 U 30 TA’ OTTUBRU 2009 U L-LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU SPANJOL JOSE` LUIS ZAPATERO FIT-2 TA’ NOVEMBRU 2009
Mr Speaker,
| Illejla nixtieq nibda billi nirrapporta lil | din il-Kamra dwar il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li nżamm bejn id-29 u t-30 ta’ Ottubru. Id-delegazzjoni li mexxejt kienet tinkludi lil Dr Tonio Borg, Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Philip Mifsud u lir-Rappreżentant Permanenti Malti għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana. |
| Nixtieq ukoll nieħu din l-okkażjoni biex | nirrapporta lill-Kamra dwar il-laqgħat li kelli mal-Prim Ministru Spanjol, Jose` Luis Zapatero nhar it-Tnejn li għaddew in vista tal-Presidenza Spanjola tal-Kunsill Ewropew li ser tibda fl-1 ta’ Jannar li ġej. |
| 1. IL-KUNSILL EWROPEW (29 u 30 ta’ Ottubru | 2009) |
| Nibda billi npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra | kopja tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew u ngħaddi biex nagħti rendikont tal-punti ewlenin diskussi u deċiżi matul dan il-Kunsill. |
| Dan il-Kunsill, presedut minn Frederik | Reinfeldt il-Prim Ministru Żvediż, fetaħ bħas-soltu b’indirizz tal-President tal-Parlament Ewropew, Jerzy Buzek. Il-President Buzek qasam l-ideat tiegħu u tal-Parlament dwar it-temi ewlenin li kellna fuq l-aġenda, jiġifieri il-kwestjonijiet istituzzjonali, l-isfida tal-bidla fil-klima, il-qagħda ekonomika u l-immigrazzjoni. Dwar l-aħħar punt, nixtieq nikkwota testwalment minn dak li qal: “We need to show greater solidarity with Malta, Cyprus, Greece, Spain and Italy, who are facing a growing problem of illegal immigrants.” |
A. IL-BIDLA FIL-KLIMA
| Kemm matul l-ewwel sessjoni (il-Ħamis | fil-għaxija) kif ukoll waqt is-sessjoni tal-Ġimgħa ddiskutejna l-bidla fil-klima, l-isfidi li ġġib magħha u r-rispons tal-Unjoni Ewropea għal dan kollu fil-kuntest tal-impenji lejn tnaqqis ta’ emissjonijiet, azzjoni ta’ mitigazzjoni, adattament u ftehim ta’ finanzjament. Dan kien importanti għar-rigward tal-mandat għan-negozjati lejn il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-bidla fil-klima li ser issir f’Kopenhagen f’Diċembru li ġej, fejn l-Unjoni Ewropea tqis li għandu jkollha rwol ewlieni. |
| Nixtieq infakkar li l-Unjoni Ewropea | intrabtet li, jekk il-pajjiżi żviluppati l-oħra jagħmlu l-istess, tieħu deċiżjoni li sal-2020 tnaqqas l-emissjonijiet li kellha fl-1990 bi 30%. Dan huwa pjan ambizzjuż ħafna. |
| Bejnietna l-Pajjiżi Membri kien hemm punti ta’ | tluq differenti dwar il-qsim intern tal-ispejjeż marbuta mal-finanzjament tar-rispons għall-bidla fil-klima u kellna dibattitu vivaċi. In-negozjati f’dan is-sens mal-Presidenza kienu twal u wasalna fi qbil li: |
| i) l-ispejjeż għandhom jinqasmu b’mod | effiċjenti, ġust u maqbul; |
| ii) l-Istati Membri li jifilħu għandhom | jikkontribwixxu mill-ewwel skond il-qagħda ekonomika u finanzjarja tagħhom lejn il-kontribut tal-Unjoni Ewropea; u |
| iii) jiġi maħtur working party dwar | il-kontribut tal-pajjiżi l-oħra. |
| Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja | tal-proposta tal-Presidenza li ġiet approvata mill-Kunsill. |
B. IT-TRATTAT TA’ LISBONA
| Mill-aħħar Kunsill ‘l hawn, il-Ġermanja, l-Irlanda | u l-Polonja irratifikaw it-Trattat ta’ Lisbona. Kull ma kien jonqos hija r-ratifika tar-Repubblika Ċeka. Fil-fatt, il-bieraħ il-President tar-Repubblika Ċeka, Vaclav Klaus, iffirma wkoll dan it-Trattat. It-Trattat jistipola li dan jidħol fis-seħħ fl-ewwel tax-xahar wara li kull Stat Membru jkun iddepożita r-ratifika tiegħu |
| Bħala Kunsill Ewropew qbilna li jiġi mehmuż | protokoll dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika Ċeka. Jidher li dan fetaħ it-triq biex ir-Repubblika Ċeka wkoll tirratifika dan it-Trattat u b’hekk is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jkun irratifika dan it-Trattat. |
| F’dan il-kuntest kellna wkoll diskussjoni | dwar is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li jrid jitwaqqaf skond it-Trattat ta’ Lisbona taħt it-tmexxija tar-Rappreżentant Għoli. Dan kollu għandu jiżgura li l-Unjoni Ewropea tkun attur aktar kapaċi, koerenti u strateġiku f’dinja li qed issir dejjem aktar globalizzata. |
C. QAGĦDA EKONOMIKA U FINANZJARJA
Ma setax jonqos li niddiskutu l-qagħda ekonomika u finanzjarja. Għalkemm jidher li r-rankatura tad-deterjorament ekonomiku waqfet, xorta fadal problemi kbar, partikolarment fil-qasam tal-impjiegi. Anzi, l-indikazzjonijiet huma li l-qagħda tal-impjiegi fl-Ewropa ser tkompli tiddeterjora.
Mr Speaker,
Il-Gvern iqis li din hija sfida ewlenija. Għalina l-ekonomija tfisser ftit li xejn jekk naqtugħha mis-servizz li tagħti lill-bniedem u lill-familji tagħna, partikolarment permezz tax-xogħol. Għalina ix-xogħol huwa meħtieġ għat-tkabbir ekonomiku, għall-benesseri soċjali u individwali u għall-soċjetà fejn ħadd ma jaqa’ lura. Dan kollu jitlob għaqal, responsabbiltà u direzzjoni.
Kif għidt, għalkemm issa bdejna ngħidu li rridu naħsbu għall-exit strategy mill-problemi ekonomiċi, għalina ekonomija tajba ma tfissirx biss numri tajbin iżda primarjament tfisser impjiegi, u impjiegi tajbin, għall-membri kollha tas-soċjetà tagħna. Dan ma jiġix bi kliem fieragħ, bi proposti irresponsabbli u billi naħarbu mir-realtà. Inqisu li starteġija ġdida Ewropea għall-impjiegi u t-tkabbir għandha tkun parti mir-reviżjoni li jmiss tal-Istrateġija ta’ Lisbona. Id-dinja inbidlet mill-1992, meta ġiet varata din l-Istrateġija, u għalhekk irridu li din l-istrateġija tkun riveduta sabiex flimkien inkunu nistgħu nindirizzaw b’suċċess l-isfidi tal-lum.
D. IMMIGRAZZJONI U AŻIL
| L-immigrazzjoni reġgħet kienet fuq l-aġenda | tal-Kunsill Ewropew. L-isforzi ta’ Malta sabiex twassal il-messaġġ li dan il-fenomenu huwa sfida għall-Ewropa kollha, u mhux għall-pajjiżi tal-Mediterran biss, qed iħallu l-frott. Id-diskussjoni fil-Kunsill kellha dawn l-elementi ewlenin. |
| Il-proġett pilota għar-rilokazzjoni | volontarja ta’ benfiċċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali li jinsabu f’Malta kien riaffermat. Sar ħafna u għadu għaddej ħafna xogħol fuq dan il-proġett pilota kif ukoll għat-twaqqif tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Ażil. |
| Għar-rigward tal-FRONTEX, kien hemm qbil li | dan għandu jiġi msaħħaħ, inkluż il-proposta ta’ Malta għall-formulazzjoni ta’ rules of engagement ċari għall-operazzjonijiet konġunti fuq il-baħar skond il-liġi internazzjonali. Dan it-tisħiħ tal-FRONTEX għandu jinkludi wkoll ko-operazzjoni akbar mal-pajjiżi ta’ oriġini u tranżitu kif ukoll il-possibiltà ta’ kiri ta’ ajruplani, b’finanzi mill-FRONTEX, għar-ripatrijazzjoni konġunta. |
| Matul dan il-Kunsill iddiskutejna wkoll l-Istrateġija | tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u l-qagħda fil-Pakistan u l-Afganistan. |
| 2. LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU SPANJOL JOSE` | LUIS ZAPATERO (2 ta’ Novembru 2009) |
Mr Speaker,
| Nhar it-Tnejn li għaddew kelli laqgħa | mal-Prim Ministru Spanjol Jose` Luis Zapatero in vista tal-Presidenza Spanjola tal-Unjoni Ewropea għas-sitt xhur bejn Jannar u Ġunju tas-sena d-dieħla. Għal din il-laqgħa kont akkumpanjat minn Dr Tonio Borg, Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, u r-Rappreżentant Permanenti Malti għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana. |
| L-għan ta’ din il-laqgħa kien li niddiskutu | il-prioritajiet matul il-Presidenza Spanjola. Din il-Presidenza se tinżamm fi żmien partikolari, jiġifieri meta l-Ewropa ser tkun qed isaħħaħ l-isforzi biex noħroġu mill-kriżi ekonomika li għaddejna minnha dan l-aħħar żmien. Kif għidt qabel, għalina l-għan ewlieni u l-kejl prinċipali tal-ħidma kollha huwa kemm jirnexxielna li dan l-irkupru ekonomiku ikun tradott f’aktar xogħol u xogħol aħjar għall-ħaddiema tagħna u għall-familji tagħna. Il-Prim Ministru Zapatero indika li l-Presidenza Spanjola ser taħdem biex flimkien nissettjaw l-elementi ewlenin għat-tiġdid tal-Istrateġija ta’ Lisbona għal wara l-2010. Qbilna li l-kriterji ewlenin għall-kejl tas-suċċess tal-politika tagħna għandhom ikunu il-ħolqien ta’ impjiegi u żvilupp ekonomiku sostenibbli fid-dinja tal-llum li qed taffaċċja l-isfida tal-bidla fil-klima u s-sigurtà fl-enerġija. L-isforzi tagħna għandhom jinkludu investiment sostnut fl-edukazzjoni, fir-riċerka u l-innovazzjoni u ambjent favorevoli għall-intrapriża. |
| Il-Presidenza Spanjola ser tkun involuta | wkoll fil-bidliet istituzzjonali li jirriżultaw mill-addozzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona. Qbilna li l-arranġamenti istituzzjonali ġodda huma għodda tajba u effikaċi sabiex kemm bħala Unjoni kif ukoll bħala pajjiżi inkunu nistgħu niffaċċjaw l-isfidi tad-dinja tal-llum. |
| Kif mistenni, l-isfida tal-immigrazzjoni kien | punt li ddiskutejna fit-tul. Spanja wkoll taffaċċja problema konsiderevoli f’dan il-qasam. Minkejja dan, id-daqs ta’ Malta, il-qagħda ġeografika ta’ pajjiżna u l-pajjiż ta’ oriġini ta’ ħafna mill-immigranti li jiġu Malta jwasslu għal aspetti partikolari tal-isfida li qed naffaċċjaw aħna. Il-Prim Ministru Zapatero u jien kellna diskussjoni pjuttost twila dwar dan u nixtieq nirraporta li l-Prim Ministru Spanjol fehem sewwa u apprezza ir-realtajiet partikolari ta’ Malta u li dawn jeħtieġu soluzzjonijiet partikolari. Il-proġett pilota għar-rilokazzjoni volontarja ta’ benifiċċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali li jinsabu f’Malta u t-twaqqif tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Ażil ġew diskussi f’dan il-kuntest. Qbilna wkoll li din l-isfida hija wkoll traġedja umana, xi ħaġa li ma rridux ninsew waqt li nindirizzawha b’fermezza. Il-Mediterran għandu jkun element ewlieni tal-aġenda tal-Presidenza Spanjola. Malta lesta u tixtieq tkkontribwixxi fil-ħidma għat-tisħiħ tad-djalogu u r-relazzjoniet bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-ġirien tagħna fl-Afrika ta’ Fuq. L-isfidi tal-bidla fil-klima, is-sigurtà tal-enerġija u l-immigrazzjoni illegali jagħtu dimensjoni partikolari u urġenti lil din ir-relazzjoni u lil dan id-djalogu. |
| Tkellimna wkoll dwar elementi oħra tal-ħidma | mistennija matul il-Presidenza Spanjola, inkluż id-diskussjoni dwar il-Direttiva li tirregola l-Ħin tax-Xogħol (Working Time Directive) u li Malta ser tkompli tinsisti li l-ħaddiema għandu jibqa’ jkollhom il-possibiltà li jagħżlu li jaħdmu aktar minn 48 siegħa fil-ġimgħa, jekk ikunu jixtiequ. |
| Ir-relazzjoni bejn Malta u Spanja, li tmur | lura aktar minn 700 sena ilu, hija relazzjoni eċċellenti. Illum, grazzi għas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, din ir-relazzjoni ħadet dimensjoni aktar profonda u interessanti. Flimkien, u bħala ugwali, qed nissieħbu sabiex naffaċċjaw l-isfidi li qed jippreżentaw ruħhom kif ukoll sabiex naħtfu l-opportunitajiet b’risq il-membri kollha tas-soċjetà tagħna. |
Mr Speaker,
| Aħna parti minn din id-dinja waħda. Dinja li | filwaqt li għadha għaddejja minn kriżi finanzjarja u ekonomika, qed tfittex l-aħjar mod kif tindirizza sfidi kbar oħra bħalma huma t-tibdil fil-klima, l-immigrazzjoni illegali, u s-sigurtà fil-provvista tal-enerġija. Dawn huma realtijiet li huma marbutin ma’ xulxin b’mod intimu. Ma nistgħux nindirizzawhom b’mod sodisfaċenti għal rasna u waħedna. |
| Għandna x-xorti li f’dawn il-mumenti qed | inkunu parti mid-deċiżjoniet li jolqtu lilna u lil uliedna. Irridu nagħtu sehemna fit-tfassil tal-miżuri meħtieġa u qed naqsmu il-mezzi li qed ikunu disponibbli biex dawn l-isfidi ndawruhom f’opportunitajiet b’risq is-soċjetà tagħna kollha. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en