DISKORS mill-Onor. JOHN Dalli, waqt it-tnedija tal-istandards nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar Residenzjali u fil-Foster Care, Tal-model policies and procedures for residential and foster care u tal-istrategic plan għall-out-of-home child
pr1910
04/11/2009
Sinjuri,
| Madwar id-dinja kollha t-tfal huma, bla dubju, | wieħed mis-setturi l-aktar vurnerabbli. Qiegħed ngħid għat-tfal kollha li jistennew mis-soċjetà li tipprovdilhom mhux biss assikurazzjoni ta’ protezzjoni imma wkoll l-aħjar u l-aqwa ambjent ta’ żvilupp u formazzjoni. |
| Niddikjara bla tlaqlieq li fil-kundizzjonijiet | kollha li jkollna f’dan il-qasam għalija l-hekk imsejħa drittijiet ċivili preteżi minn kulħadd huma sekondarji għal dan il-pilastru tas-soċjetà – it-tfal li wara kollox huma l-futur tas-soċjetà tagħna. |
| Kull min qiegħed hawn għandu xi konnessjoni jew | huwa stakeholder fil-qasam ta’ ħarsien tat-tfal li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jgħixu d-dar mal-familja tagħhom. |
| Illum qed inniedu tliet dokumenti importanti, | dokumenti li tħejjew uħud minnkom stess. Dawn d-dokumenti huma aspett ieħor mill-politika soċjali tal-Gvern li hi bbażata fuq il-ħtieġa li jittejbu s-servizzi soċjali kollha. Huma dokumenti mħejjija minn esperti, minn dawk fostkom li jiddedikaw il-ħin u l-ħidma tagħhom sabiex dawn it-tfal ikollhom l-aħjar forma ta’ ħarsien alternattiv u sabiex tingħata support lill-familji ta’ dawn it-tfal. Flimkien magħkom l-Istat għandu d-dmir li jipprovdi l-aħjar ħarsien possibbli lil dawn it-tfal u għajnuna lill-familji tagħhom. |
| L-istat għandu risponsabbiltà | kbira għaliex irid jara li l-ħarsien li jingħata lil dawn it-tfal u lill-familji tagħhom ikun tal-għola kwalità. L-okkażjoni tal-lum hija sinjal ta’ kemm il-Gvern jagħti importanza lil dan il-qasam. Ilkoll kemm aħna li qegħdin hawn irridu naraw li kull tifel u tifla jkollu l-opportunità li jitrabba bl-aħjar mod possibbli. Ilkoll nafu li jekk tingħatalhom l-opportunità, tfal li jirċievu ħarsien f’dar residenzjali jew ma’ foster care family jistgħu jgħixu ħajja kif jixraq. Imma jinħtieġ investiment akbar sabiex dawn it-tfal jirnexxu aktar, imorru tajjeb fl-iskola u aktar ‘il quddiem isibu impjieg xieraq. Għalhekk ridna naħdmu mal-istakeholders biex jinħarġu dawn it-tliet dokumenti, li flimkien jgħinuna nilħqu riżultati tajbin u konsistenti għal dawn it-tfal. Ħejjejna wkoll child-friendly version tal-istandards, li nkiteb minn żagħżugħa li kienet membru tal-grupp li ħejja l-istandards u li ġiet illustrata minn tfal li jirċievu sevizz ta’ ħarsien. |
| L-Istandards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal | fid-Djar Residenzjali u fil-Foster Care li qed inniedu llum, inġabru u tħejjew minn working group li kkonsista f’rappreżentanti tal-istakeholders inklużi tfal li qed jirċievu sevizz ta’ ħarsien. Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lil dan il-working group għal ħin u l-expertise li offra b’tant ġenerosità. Nirringrazzja wkoll lil dawk, kemm kbar kif ukoll żgħar li rrispondew b’mod tant ġeneruż u sensittiv għal proċess intensiv ta’ konsultazzjoni. Dan id-dokument intonat preċiz mal-ħtigijiet lokali u huwa ta’ livell ta’ standards internazzjonali. |
| Rapport reċenti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar | l-implementazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2005) fuq id-drittijiet tat-tfal li jgħixu fid-djar residenzjali jirrakkomanda li l-istati membri jeżaminaw l-istatus tal-istandards tal-ħarsien u jqabbluhom ma’ dak li tgħid ir-rakkomandazzjoni. Tkompli tirrakkomanda wkoll li l-istandards ewropej Quality4Children għandhom ikunu kkunsidrati bħala kontribut siewi f’dan ir-rigward. Għandna nkunu kburin li mixjin fuq it-triq it-tajba billi l-Istandards Nazzjonali tagħna jimxu fuq il-binarji suġġeriti mill-Kunsill tal-Ewropa. |
| It-tieni dokument li qegħdin inniedu llum u li | huwa l-Model Policies and Procedures, huwa wkoll riżultat tal-ħidma ta’ stakeholders u esperti fis-settur. Nirringrazzja wkoll lil dan il-grupp u lil dawk li rrispondew għall-konsultazzjoni u taw il-ħin tagħhom biex ilestu dan id-dokument. Il-ħin hu prezzjuż għal kulħadd u jidher li ħafna ħin ġie dedikat għal dan id-dokument. Dawn il-Model Policies and Procedures għandhom ikunu t’għajnuna kbira għal kull min jaħdem fis-settur, għax huma bbażati fuq eżempji ta’ good practices meħuda mill-kamp nazzjonali kif ukoll internazzjonali. |
| It-tielet dokument li ser nippreżentaw llum hija | Strategic Plan. Jinħtiegu aktar riżorsi biex ikollna compliance mal-istandards u mal-implementazzjoni tal-Model Policies and Procedures. Naqblu li sabiex intejbu s-sistema tagħna ta’ ħarsien għandna bżonn nidentifikaw fejn għandna nuqqasijiet, nidentifikaw fejn għandna ostakli li jżommuna milli nimplementawhom u nifformulaw pjan sabiex negħlbu dawn id-diffikultajiet u neliminaw in-nuqqasijiet. Ħloqna Core Group ta’ esperti minn nies li jirrappreżentaw is-settur sabiex jistudjaw is-sitwazzjoni preżenti. Dan il-Grupp studja l-pożizzjoni attwali skond il-feedback li jirċievi mingħandkom, ħejja gap analysis u ppropona pjan mifrux fuq għaxar snin li jkun sostennibli. Dan il-Grupp ħadem fil-parametri tal-Istandards u tal-Model Policies and Procedures. Għandi l-pjaċir ngħid li diġà tħejja pjan strateġiku li għandu jiggwida l-politika soċjali u jiddiriġi r-riżorsi skond fejn l-aktar hemm bżonnhom. Il-pjan ġie mħejji b’mod flessibbli biex ikun jista’ jakkomoda ċirkostanzi li jinbidlu u jibbenefika minn riċerka ġdida li tista ssir ‘il quddiem, bħal dik li diġà qed titħejja mill Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal. |
| Dawn id-dokumenti jkopru s-servizzi kollha li | hemm bżonn fil-qasam. Huma bbażati fuq il-ħsieb li t-tfal għandhom idumu ‘in care’ għall-inqas żmien neċessarju. Jinħtieg xogħol serju ma’ familji hekk imsejħa “at risk” u ma’ familji li t-tfal tagħhom diġà qegħdin jirċievu servizzi ta’ ħarsien. Jekk jista’ jkun dan ix-xogħol għandu jkun intiż biez ma tintlaħaqx sitwazzjoni fejn it-tfal ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu mal-familja tagħhom. |
| Kif nafu lkoll meta t-tfal ikollom jinfirdu minn | mal-familja jgħaddu minn trawma u dan jista’ jikkaġuna ħsara lil dawn it-tfal. Irridu nagħtu sapport u għajnuna lil dawk il-familji li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli, għal xi raġuni jew oħra. Irridu naraw li dawk it-tfal li ma jisgħux jibqgħu jgħixu d-dar mal-familja tagħhom, għandhom kuntatt kontinwu u siewi mal-familja tagħhom, dejjem jekk dan ikun fl-aħjar interess tagħhom. Dan jista’ jsir biss bl-għajnuna tas-servizzi u tal-carers li joħolqu u jżommu mill-bidu sal-aħħar relazzjoni kostruttiva mal-familji tat-tfal, relazzjoni li tibda mill-bidu u ddum sa wara li t-tfal jerġgħu jmmoru lura mal-familja tagħhom fejn dan huwa possibbli. |
| Fid-dokumenti quddiemna llum hemm maħsub ukoll | l-aftercare. Iż-żgħażagħ li jilħqu età ta’ meta ma jibqgħux ‘in care’, f’dan l-istadju mhux dejjem ikunu ppreparati sabiex jgħixu ħajja indipendenti u jkun għad jinħtieġ li jkollhom programmi addattati għal bżonnijiet tagħhom, programmi li jipprovdu t-tip ta’ għajnuna li ż-żgħazagħ normalment jirċievu mingħand il-familji tagħhom sakemm isiru ċittadini li jistgħu jieħdu ħsieb tagħhom infushom. |
| Mela jrid ikollna sistema komplessiva li jieħu | ħsieb it-tfal u l-familji mill-bidu sal-aħħar. Dan jinkludi xogħol li jsir fil-komunità. Eżempju tajjeb ta’ policy li addotta l-Gvern fil-2002 kien il-pilot project ACCESS, one-stop shop ta’ servizzi soċjali fil-welfare li jirrifletti l-policy document tal-Council of Europe magħruf bħala Access to Social Rights. Dan is-servizz ser jiġi estiż għal tliet areas oħra u jista’ jlaħħaq mal-ħtiġijiet ta’ individwi u familji fil-livell tal-komunità. Jingħata sapport lill-familji vulnerabbli u b’hekk titnaqqas il-ħtiega li t-tfal ma jibqgħux jgħixu mal-familja tagħhom. |
| Tkellimna dwar il-kwalità tal-ħarsien. Din | tiddependi fuq il-ħila u l-esperjenza ta’ min jipprovdi s-servizz. Tiddependi wkoll fuq ir-riżorsi u fuq l-istrutturi li jkollu min jipprovdi s-servizz.. Għandu jkun hemm carers li jipprovdu atmosfera ta’ sigurtà, ta’ wellbeing u ta’ għajnuna. Il-gvern lest li jappoġġja kull inizjattiva li twassal sabiex ikollna ħaddiema kompetenti u mħarrga f’dan ix-xogħol. |
| It-tfal kollha li jirċievu servizz ta’ ħarsien | fid-djar residenzjali jew minn foster care family jinħtieġ li jkollhom aċċess għal numru ta’ servizzi li jilħqu l-bżonnijiet emozzjonali u dawk neċessarji għall-izvilupp, għas-saħħa, għall-edukazzjoni u għad-divertiment tagħhom. Irridu ninvestu aktar riżorsi f’dan ir-rigward. Fl-istess ħin irid ikun hemm strutturi aħjar li jlaħħqu mal-ħtiġijiet ta’ min juża s-servizz ta’ ħarsien. |
| Is-servizz li jirċievu dawn it-tfal hu pprovdut | mill-istat, mill-Knisja, minn diversi NGOs u minn numru ta’ Fondazzjonijiet. Ilkoll naħdmu flimkien biex inlaħħqu mal-bżonnijiet ta’ dawn it-tfal. Din il-koperazzjoni bejnietna lkoll hi neċessarja. Hija koperazzjoni li tinfirex fuq l-Aġenzija appuntata għal ħarsien tat-tfal, fuq min jipprovdi s-servizz, fuq min jagħti s-sapport kif ukoll fuq il-familji tat-tfal. Kulħadd għandu s-sehem tiegħu x’jagħti. |
| Irrid nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja | lill-istakeholders kollha li jaħdmu f’dan is-settur u li jagħmlu dak kollu li jistgħu biex itejbu l-ħajja ta’ dawn it-tfal vulnerabbli u tal-familji tagħhom. Naf li dan mhux settur faċli. Jekk il-kondizzjonijiet ma jkunux tajbin għandna r-riskju serju ta’ burnout ta’ min jipprovdi s-servizz. Id-dokumenti li qegħdin inniedu huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tagħkom u fuq eżempji ta’ good practices li intom ipprovdejtu. Il-Gvern qiegħed iwiegħed is-sapport biex jgħin fl-istrutturi kollha tal–ħarsien u biex jittejbu s-servizzi skond il-gwida ta’ dawn id-dokumenti. Il-Gvern intrabat li jmexxi dawn il-policies b’mod effettiv u ħolisiku. B’hekk, kemm it-tfal kif ukoll il-familji tagħhom isibu għajnuna sabiex itejbu s-sitwazzjoni tagħhom. |
Nirringrazzjakhom.
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en