Left arrow Go Back

OPEN DAY FL-ACTU – TAQSIMA LI TOFFRI SUPPORT LILL- INDIVIDWI B’DIFFIKULTAJIET FIL-KOMUNIKAZZJONI VERBALI

pr1902
Date Icon 03/11/2009
Dan l-aħħar, il-President ta' Malta u s-SinjuraAbela żaru t-Taqsima dwar l-Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija, magħrufa bħala l-ACTU, fil-Ħamrun. Din it-taqsima tipprovdi servizzi lil individwi bi bżonnijiet individwali. Il-President Abela kien akkumpanjat mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Dolores Cristina, kif ukoll mid-Direttur Ġenerali (DES), Micheline Sciberras.
Wara preżentazzjoni awdjo-viżiva, persuni lijużaw din it-teknoloġija qasmu l-esperjenza tagħhom mal-mistednin. Fi tmiem il-preżentazzjoni, il-President u s-Sinjura Abela flimkien mal-Ministru Cristina komplew jitkellmu mal-pubbliku preżenti u anke ppruvaw it-tagħmir teknoloġiku li hemm.
Mijiet ta’ nies żaru din l-Open Day u t-teamtal-ACTU offra attivitajiet kurrikulari abbinati mal-mezzi li jintużaw biex persuni jkunu jistgħu jikkomunikaw aħjar permezz ta’ diversi tagħmir teknoloġiku, kif ukoll sistemi ta’ aċċess bħal switches, u sistemi low tech u high tech. It-team ipprepara resource packs li tqassmu fl-iskejjel kollha sabiex jinħoloq aktar għarfien fost l-għalliema u l-istudenti.
Studenti li għandhom diffikultajiet fiżiċijew ta' komunikazzjoni, kif ukoll studenti li jenħtieġu aċċess għat-teknoloġija, jistgħu jiġu riferuti għat-team il-ġdid tal-ACTU li hu magħmul minn learning support assistant, speech therapists u occupational therapists. Dawn il-professjonisti huma nvoluti f'ħidma edukattiva b'riżq tfal u studenti bi bżonnijiet individwali. Is-servizz mhux biss jingħata fit-Taqsima iżda wkoll fl-iskejjel, fid-djar jew fil-komunità.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jirrikorri l-ACTU permezz ta’ email: marica.s.gatt@gov.mt; web: http://www.actu.inclusivecurriculum.com;  Facebook: Friends of ACTU; jew telefon: 21228349/50.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow