Tnedija tal-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2010
| Il-Ministeru għall-Politika | Soċjali illum nieda l-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2010 waqt business breakfast f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan. Din is-sena l-kumpanija Air Malta qed tisponsorja dan il-premju. |
| In-nominazzjonijiet għall-Premju | jistgħu jsiru minn individwi, ħaddiema u prinċipali, korpi kostitwiti, trade unions, għaqdiet volontarji u minn organizzazzjonijiet mhux governattivi. |
| Rigward l-esperjenza tagħha | bħala rebbieħa tal-edizzjoni tal-Premju 2009, Josephine Mifsud, li taħdem bħala Team Leader fil-Klinika Psikjatrika taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi qalet: “Qatt ma kont nistenna li ningħata dan il-premju. Nittama li d-dedikazzjoni tiegħi lill-pazjenti u lill-klijenti li jagħmlu użu mis-servizzi taċ-ċentru tas-saħħa tista’ sservi ta’ eżempju lil nies oħra, mhux biss fil-qasam tax-xogħol tiegħi, iżda wkoll f’dawk l-oqsma kollha fejn huwa importanti ħafna li l-klijent jingħata importanza xierqa.” |
| Anthony Tabone, Chairman | tal-Kumitat tal-Għażla maħtur mill-Ministru tal-Politika Soċjali għall-edizzjoni tal-Premju 2010, qal li “Il-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena huwa ċelebrazzjoni tal-kontribut siewi li ħaddiema individwali jkunu taw fuq il-post tax-xogħol. Inħeġġeġ lill-ħaddiema kollha biex iżommu għajnejhom miftuħa għal individwi speċjali li jistgħu jservu ta’ mudell għal nies oħra u li d-dedikazzjoni u l-kontribut tagħhom huwa ta’ eżempju tajjeb għall-ħaddiema kollha, u mhux biss għal dawk fil-qasam tax-xogħol tagħhom.” Is-Sur Tabone għamel ukoll appell speċjali lil min jimpjega biex jieħu din l-opportunità biex jagħraf il-merti tal-impjegati tiegħu u biex iħeġġiġhom ikattru l-motivazzjoni tagħhom. |
| Fid-diskors tiegħu ta’ għeluq, | Frans Borg, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali stqarr li “dan il-Premju huwa wieħed li l-preġju tiegħu qiegħed jikber ma’ kull edizzjoni li tinżamm. Mhuwiex miftuħ biss għall-impjegati taċ-ċivil iżda għall-ħaddiema kollha. Il-Premju jingħata biss fuq bażi ta’ mertu u jsir kull sforz biex il-Bord ta’ Għażla jieħu d-deċiżjoni tiegħu bi qbil ġenerali fl-aħjar mod possibbli.” |
Il-formoli ta’ nominazzjoni jistgħu jinkisbu mill-Ministeru għall-Politika Soċjali waqt il-ħinijiet tax-xogħol (tel: 2590-3122 jew 2590-3416), mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol, ir-Rabat, Għawdex (tel: 2155-6823 jew 2156-3553) jew mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali. Il-formoli jinsabu wkoll fuq is-sit elettroniku www.msp.gov.mt.
F’każ li tkun se tiġi nominata aktar minn persuna waħda, għandha timtela formola għal kull persuna nominata. Il-formoli kompluti u ssiġillati għandhom jitqiegħdu fil-kaxxa allokata apposta fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, Palazzo Ferreria, 310 Triq ir-Repubblika, Valletta sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-15 ta’ Diċembru 2009. Tinħareġ irċevuta għal kull nominazzjoni.
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en