Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi Jason Azzopardi jiftaħ il-Fiera tal-Karrieri fl-Universita ta’ Malta 2009

pr1895
Date Icon 02/11/2009
Is-SegretarjuParlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment,  l-Onor. Jason Azzopardi illum fetaħ uffiċjalment is-sitt edizzjoni tal-Fiera tal-Karrieri fil-Kampus tal-Universita’, organizzata mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), flimkien mal-għaqda studenteska AEISEC.
Jason Azzoparditkellem fuq l-importanza ta’ inizjattivi bħal dawn, fejn joħroġ biċ-ċar kemm il-ħajja studenteska tista’ tmur lil hinn mill-kotba u l-eżamijiet, iżda verament tkun kapaċi tagħmel differenza u toffri servizz utli.  Huwa qal li permezz ta’ din il-fiera ikompli jissaħħaħ il-pont bejn id-dinja tal-Universita’ u dik tax-xogħol, biex l-istudenti jkollom l-opportunita’ li jiltaqgħu mill-qrib u jiddiskutu ma’ dawk l-organizzazzjonijiet ewlenin fis-setturi tagħhom.
Is-SegretarjuParlamentari qal li f’dawn l-attivitajiet jinħolqu opportunitajiet kbar għall-istudenti infushom, filwaqt li tkun qed titrawwem il-ġenerazzjoni professjonali ta’ għada.  Illum hija realta’ li numru ġmielu ta’ studenti sa mit-tieni sena tal-kors tagħhom, ikunu diġa ġew avviċinati minn kumpaniji ewlenija f’setturi bħal accounts, l-ekonomija u l-liġi, biex joffrulhom kuntratti ta’ xogħol b’kundizzjonijiet vantaġġjużi.  Għalhekk numru ta’ studenti universitarji minn ċerti korsijiet ikollom diġa moħhom mistrieħ li ladarba jispiċċaw il-kors tagħhom b’suċċess, ikollhom impjieg fil-linja tax-xogħol tagħhom. Dan jirrifletti l-bżonn li hawn (u li qatt ma jonqos),  ta’ nies biex jaħdmu f’ċerti setturi tax-xogħol.
Is-SegretarjuParlamentari Jason Azzopardi, akkumpanjat mill-President tal-KSU Carl Grech u l-Viċi-President tal-AEISEC Francesca Rossi, żar id-diversi stands li jinsabu armati fuq il-Campus tal-Universita’ u li fihom studenti jistgħu jieħdu informazzjoni dwar karrieri potenzjali għalihom.  Il-Fiera tal-Karrieri hija miftuħa l-ġimgħa kollha sa nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2009.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow