Left arrow Go Back

Mixja madwar Għawdex mill-Fondazzjoni Azzjoni għall-Kanċer tas-Sider (ABCF)

pr1892
Date Icon 01/11/2009
Il-Fondazzjoni Azzjoni għall-Kanċer tas-Sider(ABCF) dalgħodu organizzat mixja ta’ madwar 20 kilometru madwar Għawdex. Din l-inizjattiva saret bil-għan li tippromwovi l-eżerċizzju fiżiku, stil ta’ ħajja aktar b’saħħitha, kif ukoll aktar għarfien dwar il-kanċer tas-sider.
Din il-mixja, li saret  minn din il-fondazzjonifil-gżira ta’ Għawdex għall-ewwel darba, bdiet mill-Għarb u għaddiet minn Ta’ Pinu, Rabat, Xlendi, Munxar, Xewkija u spiċċat l-Imġarr.
L-għanijiet tal-Fondazzjoni Azzjoni għall-Kanċertas-Sider, li tnediet f’Mejju ta’ l-2007, huma li fost l-oħrajn torganizza korsijiet dwar għarfien dwar is-sider u l-bżonnijiet tan-nisa b’kanċer tas-sider; li tiġbor fondi biex tixtri makkinarju għall-isptar u biex tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet oħra biex tqajjem aktar kuxjenza dwar is-sider. L-ABCF qed taħdem għal servizz ta’ kwalità għad-dijanjosi u trattament tal-kanċer tas-sider, li jinkludi l-iscreening minħabba li dan joffri l-perspettiva li ħafna ħajjiet jiġu salvati għax jaqbdu l-kanċer fi stadji bikrin.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. GiovannaDebono ngħaqdet għal xi ħin mal-parteċipanti waqt din il-mixja, fejn faħħret l-impenn u d-dedikazzjoni ta’ din il-fondazzjoni li kontinwament qed taħdem bla heda biex tkabbar l-għarfien dwar il-kanċer tas-sider
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow