IL-KUNSILL LOKALI TA’ SAN LAWRENZ JIĊĊELEBRA S-SENA EWROPEA TAL-KREATTIVITÀ U INNOVAZZJONI
pr1887
30/10/2009
| Il-Kunsill Lokali ta’ San | Lawrwenz permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea u ghajnuna mill-Ministeru ghal Ghawdex u mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, qed jiċċelebra s-Sena Ewropea għall-Kreattività u l-Innovazzjoni permezz ta’ konferenza u festival fi tmiem din il-ġimgħa. |
| Għal din l-okkażjoni il-Kunsill | Lokali stieden madwar mitt persuna mill-Italja u Franza biex jieħdu sehem fil-konferenza nternazzjonali li saret dalgħodu fil-lukanda Kempinski f’San Lawrenz, li ttrattat l-innovazzjoni u tradizzjoni. Waqt din il-konferenza saru nterventi mill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, is-Sindku ta’ San Lawrenz u membru titulari fil-Kumitat tar-Reġjuni Noel Formosa, kif ukoll rappreżentanti mill-Veneto, il-Gżira ta’ Elba u Franza. Ilkoll kemm huma tkellmu dwar l-importanza li l-identita’ Ewropea twassal sabiex inkunu aktar innovattivi u kreattivi. |
| Fl-indirzz tal-ftuħ is-Segretarju Parlamentari | Chris Said stqarr li l-globalizzazzjoni ekonomika biddlet l-ordni ekonomika tad-dinja. Ġabet magħha sfidi u opportunitajiet. ”Illum qed nirrealizzaw li pajjiżna ma jistax jikkompeti aktar f’dan l-ambjent ġdid jekk ma jsirx iżjed innovattiv. Biex jagħmel dan se jkollu wkoll idur fuq it-68 Kunsill Lokali tiegħu biex flimkien jiġbdu ħabel wieħed.” |
| “Fejn jidħlu proġetti innovattivi ta’ individwi, | organizzazzjonijiet u Kunsilli Lokali, il-Gvern mhux biss qed ikun ta’ spalla għalihom iżda qed ikun tagħhom alleat. Għax l-isfida biex insiru iżjed innovattivi hija wkoll l-isfida tal-Gvern. Għal din ir-raġuni qed ngħinu b’kull mod biex inkunu fl-aqwa pożizzjoni biex jiġu akkwistati fondi minn barra għal proġetti innovattivi f’Malta. U dawk li qed jakkwistaw dawn il-fondi iżda, li xorta jkollhom joħorġu parti żgħira minn buthom, qed nassistuhom biex il-piż fuqhom ikun l-eħfef possibbli”, qal Chris Said. |
| L-Onor. Giovanna Debono, Aġent Prim Ministru u | Ministru għal Għawdex għamlet l-indirizz tagħha fl-għeluq ta’ din il-konferenza. Hija faħħret l-inizjattiva meħuda mill-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz, li wasslet biex il-gżira ta’ Għawdex tikkontribwixxi permezz tad-diskussjoni u l-prattika fis-sena ddedikata lill-Kreattività u l-Innovazzjoni. Hija semmiet kif Għawdex huwa xhieda ta’ tradizzjoni innovattiva f’numru ta’ aspetti speċjalment f’dak li hu l-ambjent rurali u karatteristiku ta’ Għawdex, kif ukoll fl-inizjattivi fis-settur turistiku. Hija semmiet kif l-akkomodazzjoni turistika offruta fil-qasam tal-farmhouses huwa eżempju ċar fejn Għawdex jindirizza l-iżvilupp b’mod sostenibbli filwaqt li ddiversifika l-prodott turistiku b’mod innovattiv li ġie addattat għall-ambjent tal-gżira. Il-Ministru semmiet kif l-iżvilupp sostenibbli huwa l-isfida li għandu quddiemu l-Ministeru għal Għawdex fl-implimentazzjoni tal-viżjoni Eko-Għawdex li mistennija tiġi mħabbra fi żmien qasir. |
| Bħala parti minn din | iċ-ċelebrazzjoni, is-Sibt 31 ta’ Ottubru matul il-ġurnata fil-bajja tad-Dwejra ser isiru tours ambjentali, u filgħaxija, fil-pjazza Ewlenija ta’ San Lawrenz ser jiġu esebiti wirijiet ta’ kif Malta qed tkun innovattiva f’diversi oqsma u wkoll dwar dawk it-tradizzjonijiet li qed iwasslu sabiex il-gżira ta’ Għawdex tkun innovattiva u kompetitiva fir-realta’ li qed ngħixu fiha llum. |
| Din iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq | b’kunċert kbir b’l-isem “d—link” tad-duo Chasing Pandora flimkien mal-band tagħhom. Il-kunċert ser jibda fid-9.30pm b’diski tipiċi Maltin li b’mod innovattiv qed issir rappreżentazzjoni moderna tagħhom mill-kantanta Ruth Casangena u miż-żeffiena tagħha. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en