Left arrow Go Back

IL-CORE GROUP TAL-MEUSAC JIDDISKUTI L-FLESSIGURTÀ

pr1886
Date Icon 30/10/2009
Fuq l-aġendawkoll Konsultazzjoni Pubblika tal-KE dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju
Fil-laqgħatal-Core Group tal-MEUSAC li saret fit-30 ta’ Ottubru, ġew diskussi r-Rapporti approvati mill-Kumitat tal-Impjiegi  dwar sorveljanza u analiżi tal-politika dwar il-flessigurtà u dwar Gwidi ta’ Impjieg għall-2009. Saret ukoll preżentazzjoni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-Baġit Ġenerali tal-UE wara sejħa mill-Kummissjoni Ewropea għal Konsultazzjoni Pubblika.
Rapportital-Kumitat tal-Impjiegi dwar sorveljanza u analiżi tal-politika dwar il-flessigurtà u dwar Gwidi ta’ Impjieg għall-2009: indikaturi għas-sorveljanza u analiżi fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma 2009
Dawnir-Rapporti tressqu quddiem il-Core Group fuq talba ta’ membru wara li l-Kumitat Settorjali tal-MEUSAC għax-Xogħol, il-Politika Soċjali u s-Saħħa ddiskuta l-istess rapporti f’laqgħa li saret fid-19 ta’ Settembru 2009.
Is-Sur JulianMicallef, Aġent Kap responsabbli mill-Konsultazzjoni fi ħdan il-MEUSAC, ippreżenta dawn ir-Rapporti u spjega kif dawn jibnu fuq il-qbil li kien intlaħaq bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri fl-2007, jiġifieri li l-politika dwar il-flessigurtà għandha tiġi implimentata fuq erba’ temi:

·        Arranġamenti kuntrattwali flessibbli u ta’ min jorbot fuqhom

·        Tagħlim komprensiv tul il-ħajja

·        Active labour market policies effettivi

·        Sistemi moderni ta’ sigurtà soċjali 

Is-Sur JoeSciberras, Segretarju Amministrattiv tal-Kumitat Settorjali, semma l-punti ewlenin li ħarġu mil-laqgħa tal-Kumitat Settorjali.
Fid-diskussjoni ħadu sehem ukoll uffiċjalimill-Ministeru tal-Politika Soċjali u mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.  Dott. Noel Vella, Direttur Industrial and Employment Relations, spjega kif il-flessigurtà ma tnaqqasx id-drittijiet tal-ħaddiema.
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni,Dott. Godwin Grima spjega r-rwol tal-Gvern bħala entità li tħaddem il-persuni u semma kif persuna li tkun laħqet l-età tal-pensjoni għandha l-opportunità li tibqa’ taħdem b’riżultat ta’ miżuri li ġew introdotti riċentament.  Stqarr li l-Gvern qed jipprova jsib impjieg alternattiv għal dawk li jkun wasslu biex jirtiraw iżda li juru x-xewqa li jixtiequ jibqgħu jaħdmu.  Dott. Grima semma l-obbligu li jsir “skills profile” tal-ħaddiema kollha f’kull settur sal-aħħar tas-sena 2010.
B’mod ġenerali l-Membri tal-CoreGroup qajjmu diversi punti, fosthom li:

·        Hemm bżonn ta’ iktar djalogu bejn il-unions, minn jimpjega u l-Gvern biex ikun hemm għarfien aħjar tal-kunċett ta’ relazzjonijiet industrijali.  Dan iwassal għal iktar fiduċja bejn il-partijiet konċernati u biex id-djalogu soċjali ikun iktar pro-attiv.

·        Għandu jkun hemm kampanji ta’informazzjoni li jgħallmu lill-pubbliku ġenerali dwar ir-rwol tal-ġenituri, u dwar iċ-child care centres.

·        Il-kumpaniji jridu jkunu iktar kompettitivi billi jħaddnu proċessi u servizzi innovattivi, u jinvestu fit-taħriġ tal-ħaddiema.

·        Il-kunċett tal-flexitime jiġi applikat sakemm hu possibbli kif ukoll jiddaħħal il-kunċett tal-banking of hours.

·        Il-kunċett ta’ job for life jinbidel għal wieħed ta’ employment for life.

·        Jkun hemm policies attivi tas-suq tax-xogħol (active labour market policies) għal nisa li jkunu jixtiequ jidħlu fis-suq tax-xogħol fosthom bl-introduzzjoni ta’ servizzi għall-kura tat-tfal wara l-ħin tal-iskola (after-school services), u ħinijiet taċ-childcare centres li jkunu kompatibbli mal-ħin tax-xogħol taż-żewġ ġenituri.

·        Jiġu ntrodotti inizjattivi fil-kura tat-tfal permezz ta’ private-public partnerships.

·        Jinħolqu iktar inċentivi għall-flessibilità u teleworking.

·        Jeżistu diffikultajiet biex intrapriżi li jkunu żgħar ħafna japplikaw il-kunċett tal-flexitime.

·        Hemm diffikultajiet biex intrapriżi jħaddmu impjegati b’kuntratti indefiniti u mhux definiti fuq proġetti speċifiċi.

·        Għandu jkun hemm iktar gwida għal iktar impjegabilità (employability), speċjlament għaż-żgħażagħ li m’għandhomx livelli akkademiċi tajbin.  

KonsultazzjoniPubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju għall-Budget Ġenerali tal-UE
Is-Sur JulianMicallef ta preżentazzjoni tat-temi li qed tkopri l-konsultazzjoni pubblika, b’relevanza partikulari għal benefiċċjarji ta’ fondi Ewropej, organizzazzjonijiet mhux governattivi u entitajiet privati.  Ir-Regolament Finanzjarju jistabillixxi r-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE.  Is-Sur Micallef qal li l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid mistennija li ssir f’nofs is-sena d-dieħla.  Huwa semma diversi punti, fosthom jekk għandux ikun hemm regoli aktar flessibli għall-ko-finanzjament, jekk ir-regoli għandhomx jippermettu għall-ispejjeż li għandhom jiġu koperti skond ir-riżultati mistennija, jekk għandux ikun hemm l-użu ta’ rati fissi jew li tingħata s-somma tal-finanzjament kollha f’daqqa.  Is-Sur Micallef ħeġġeġ lill-Membri biex jgħaddu l-veduti tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea sat-18 ta’ Diċembru 2009.  Il-konsultazzjoni hija miftuħa għal ċittadini, organizzazzjonijiet u awtoritajiet pubbliċi. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jingħataw ukoll lill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment li hu responsabbli mit-tfassil tal-pożizzjoni li Malta se tieħu eventwalment dwar il-Proposta tal-Kummissjoni meta din tintbagħat lill-Istati Membri.
Preżenti għal-laqgħa tal-CoreGroup, li kienet ppreseduta minn Dott. Vanni Xuereb (Kap tal-MEUSAC), kien hemm: Dott Godwin Grima (Segretarju Permanenti Ewlieni), is-Sinjura Cecilia Attard Pirotta (Segretarju Permanenti, Ministeru tal-Affarijiet Barranin), is-Sinjorina Graziella Pullicino (A/Kap, Segretarjat UE fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru), is-Sinjura Helen D’Amato, is-Sur Tonio Mercieca  (Azzjoni Nazzjonali), is-Sur Arthur Rossi (CMTU), is-Sur Joe Grech (Gozo Business Chamber), is-Sur Paul Abela (GRTU), is-Sur Kevin Borg u l-Inġ. Ray Muscat (MCCEI), is-Sur Arthur Muscat (Malta Employers’ Association), Dott. Luciano Busuttil (PL), Dott. Frederick Azzopardi (PN), Dott. Romina Bartolo (UĦM), is-Sinjura Grace Attard, is-Sur Benjamin Rizzo, is-Sur Julian Zarb  (rappreżentanti tas-soċjetà ċivili), is-Sur Julian Micallef (Segretarju), kif ukoll sostituti u membri tal-istaff tal-MEUSAC, uffiċjali mill-Ministeru tal-Finanzi, mill-Ministeru tal-Politika Soċjali, u mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport kif ukoll mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow