IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JŻUR L-AIR MALTA
pr1885
30/10/2009
| “L-Air Malta kienet waħda mill-ewwel kumpaniji | f’pajjiżna li mexxiet ‘il quddiem l-kunċett ta’ Responsabilità Soċjali ta’ l-Intrapriża. Ta’ kull sena l-Air Malta tikkontribwixxi aktar minn kwart ta’ miljun ewro lis-soċjetà Maltija permezz ta’ għajnuna lil diversi għaqdiet f’oqsma differenti fil-qasam kulturali, soċjali, filantropiku, mediku, ambjentali, umanitarju u sportiv Malti.” |
| Hekk esprima | l-President George Abela waqt iż-żjara li għamel lil Kumpanija Air Malta. Mal-wasla tiegħu l-President Abela intlaqa’ miċ-CEO Joseph Cappelli u miċ-Chairman Lawrence Zammit. Jakkumpanja l-President fuq din iż-żjara kien hemm wkoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi l-Onor. Jason Azzopardi. |
| Is-Sur Zammit | spjega kif matul il-35 sena li ilha mwaqqfa, l-Air Malta kienet strumentali fl-iżvilupp ta’ l-industrija tat-turiżmu Maltija. Mhux biss irnexxiela tikkompeti b’suċċess ma’ diversi linji ta’ l-ajru kbar imma għarfet toħloq bilanċ ġust sabiex tkun ta’ għajnuna u turi l-impenn soċjali lejn il-poplu Malti. |
| Dan l-impenn | urietu ma’ diversi organizzazzjonijiet Maltin fosthom id-Dar tal-Providenza, l-Caritas, il-Fondazzjoni Patrimonju Malti, l-Hospice Movement, il-Breast Care Support Group, l-Inspire u l-Malta Olympic Committee, fost oħrajn. |
| L-Air Malta hija | l-unika linja ta’ l-ajru li tgħin pazjenti li jkollhom bżonn isiefru għal trattamenti barra minn Malta billi toffrilhom u lill-familjari tagħhom rati speċjali. L-Air Malta twiegħed li ser tkompli taħdem u turi l-impenn tagħha favur il-poplu Malti billi tassisti organizzazzjonijiet bħall-Malta Community Chest Fund li tabilħaqq jgħinu lis-soċjetà Maltija. |
| “Ser inkomplu | naħdmu mal-Community Chest Fund u l-Uffiċċju tal-President u fil-ġimgħat li ġejjin din l-għajnuna ser tissaħħaħ permezz ta’ ftehim ta’ koperazzjoni bejn il-żewġ naħat.” temm jgħid is-Sur Lawrence Zammit. |
| Is-Segretarju | Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi Dr. Jason Azzopardi qal li l-Air Malta hija ass strateġiku mportanti għall-iżvilupp ta’ l-ekonomija Maltija. Hija strumentali kemm għall-industrija tat-turiżmu kif ukoll għall-industrija tal-manifattura lokali li permezz ta’ l-Air Malta, għandha firxa wiegħsa ta’ distribuzzjoni f’diversi pajjiżi u għalhekk hija pedina mportanti fil-viżjoni tal-Gvern li sas-sena 2015, pajjiżna jeċċella f’sitt oqsma fosthom fl-IT, servizzi finanzjarji, turiżmu, edukazzjoni għolja, saħħa u l-industrija tal-manifattura. |
| L-Air Malta llum | qiegħda tinvesti bil-għaqal u tisfrutta l-opportunitajiet li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea ġabet magħha. Illum il-kumpanija nazzjonali ta’ l-ajru qiegħda f’pożizzjoni ħafna aħjar u tħares b’ottimiżmu ‘l quddiem. |
| Il-President | George Abela irringrazzja lil dawk kollha li taw kontribut f’dawn l-aħħar 35 sena biex din il-linja ta’ l-ajru hi kif inhi illum. Esprima kif din il-linja ta’ l-ajru kellha sehem strumentali fl-iżvilupp economiku u soċjali ta’ pajjiżna. |
| Għalkemm l-Air Malta investiet miljuni kbar | matul is-snin fosthom bi flotta ġdida ta’ ajruplani, l-akbar investiment tagħha għamlitu fl-impjegati. L-impjegati tal-kumpanija minn dejjem kienu u jibqgħu simbolu ta’ l-identità nazzjonali Maltija. |
| Ghalkemm l-Air Malta ħabbtet wiċċha ma’ sfidi | kbar f’dawn l-aħħar 35 sena hi kienet minn ta’ quddiem biex tiġġedded u taddatta ruħha għat-tibdil fl-ambjent kummerċjali u kompetittiv tal-lum. |
| L-Air Malta kienet waħda mill-ewwel kumpaniji | f’pajjiżna li mexxiet ‘il quddiem l-kunċett ta’ Responsabilità Soċjali ta’ l-Intrapriza. |
| Ta’ kull sena | l-Air Malta tikkontribwixxi aktar minn kwart ta’ miljun ewro lis-socjetà Maltija permezz ta’ għajnuna lil diversi għaqdiet f’oqsma differenti fil-qasam kulturali, soċjali, filantropiku, mediku, ambjentali, umanitarju u sportiv Malti. |
| “Nirringrazzja l-Air Malta u l-impjegati tagħha | li ser jgħinu fil-kampanja ta’ l-Istrina ta’ dan il-Milied. Fil-fatt minn nhar il-Ħadd li ġej, matul ix-xhur ta’ Novembru u Diċembru, l-cabin crew ta’ l-Air Malta ser jilqgħu donazzjonijiet mill-passiġġieri ta’ l-Air Malta abbord it-titjiriet tal-kumpanija. Din ser tkun l-ewwel darba li l-kampanija ta’ l-Istrina ser tiġi estiża wkoll għal fuq l-ajruplani ta’ l-Air Malta.” |
| “Nirringrazzja l-kumpanija nazzjonali ta’ l-ajru | li għenet, qed tgħin u tat l-impenn tagħha li ser tkompli tgħin lil Malta Community Chest Fund biex niffaċilitaw u ngħinu dejjem aktar lil persuni, u l-familjari tagħhom, li jkollhom bżonn isiefru għall-kura barra minn xtutna,” temm jgħid il-President Abela. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en