Left arrow Go Back

ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN

pr1879
Date Icon 30/10/2009

L-‘Accountant General’ iħabbar il-ħruġ ta’ €80,000,000 ‘Stocks’ tal-Gvern suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €20,000,000 nhar it-Tnejn  9 ta’ Novembru, 2009 kif ġej:- 

(i) 3.6% Stock tal-Gvern ta' Malta 2013 (IV) Fungibility Issue, u
(ii)4.6% Stock tal-Gvern ta' Malta 2020 (II), u
(iii) Stock tal-Gvern ta’ Malta 2015 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur, jew
(iv) f’ammontimit-tliet Stocks b’valur nominali flimkien ta’ Euro 80,000,000.

Il-prezz taż-żewġ Stocks imsemmija f’(i) u (ii) għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, 5 ta’ Novembru, 2009.  Il-prezz jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI). 

Din il-ħarġa tagħlaq kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-‘Accountant General’ : 

(i) fil-5.00pm l-Erbgħa 11 ta’ Novembru, 2009 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, u 

(ii) nofsinhar il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru, 2009 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant. 

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment.  Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.  

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospetti rispettivi tagħhom kif ukoll fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt)  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow