Il-Festival tal-Korijiet għandu jkun simbolu tal-Paċi
pr1875
30/10/2009
| Fil-bitħa tal-Palazz il-belt Valletta, l-bieraħ | filgħaxija ingħata bidu ghal edizzjoni oħra tal-Festival Internazzjonali tal-Korijiet li se jsir fi tmiem din il-ġimgħa. |
| F’kelmtejn qosra, l-Ministru tal-Edukazzjoni, | Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina sellmet u tat merħba lill-koristi kollha preżenti u sejjħitilhom ambaxxaturi tal-paċi. Il-Ministru fissret kif tul l-istorja tiegħu pajjiżna għadda minn diversi ħakmiet li kollha ħallew il-marka tagħhom fuq il-pajjiż u l-poplu Malti. Kien hemm żminijiet diffiċli u batejna anke gwerer bla ma kien tort tagħna. |
| Il-lum f’diversi nħawi fid-dinja qed ikunu | miġġielda numru ta’ gwerer li magħhom iġibu qerda u tbatija għal ħafna popli. Iżda l-popli mhux dan għandhom bżonn. Għandhom bżonn l-armonija u l-paċi. Paċi li tiġi mill-kollaborazzjoni bejn il-popli. |
| Il-Ministru Cristina tkellmet ukoll dwar | ir-rabta intima li hemm bejn l-edukazzjoni u l-kultura. Sostniet li anke l-kant hu talent li għandu jkun kultivat anke fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, għax jgħinhom jiżviluppaw il-karattru sħiħ tagħhom. Il-kant huwa wkoll it-tħaddim fil-prattika tal-liberta’ tal-espressjoni għax permezz tiegħu wieħed jista’ jesprimi it-tbatija, il-weġgħat u anke l-ferħ tiegħu. Il-bniedem ma jkunx bniedem sħiħ jekk ma jkollux il-liberta’ ta’ l-espressjoni. |
| Manifestazzjonijiet bħal ma hu l-Festival | tal-Korijiet iġib flimkien koristi minn diversi pajjiżi biex jikkollaboraw, jikkompetu u jiddevertu lin-nies. Għalhekk dan il-Festival hu fih innifsu simbolu tal-paċi u allura jinħtieġ li nkomplu nkabbruh u nsebbħuh biex ikun mezz fejn aktar nies, minn aktar pajjiżi, jingħaqdu flimkien fi spirtu ta’ paċi u ħbiberija. |
| Il-Ministru Cristina temmet id-diskors tagħha | billi awgurat lill-pubbliku biex jiddeverti permezz ta’ dan il-Festival tal-Korijiet li se jduru wkoll diversi knejjes fil-gzejjer Maltin, sabiex bil-kant tagħhom iferrħu lin-nies. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en