IL-MINISTRU DOLORES CRISTINA ŻŻUR XOGĦOL TA’ RESTAWR FIL-FORTI MANOEL
pr1870
29/10/2009
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u | Sport Dolores Cristina dal-għodu żaret il-Forti Manoel fejn bħalissa qed isir xogħol kbir ta’ restawr mill-konsorzju MIDI u li fi tmiem din il-ġimgħa se jkun miftuħ għall-viżitaturi. |
| Il-Prof. Alex Torpiano, kap tat-tim tal-periti | inkarigati mill-proġett, spjega lill-Ministru t-tip ta’ interventi li saru u għadhom qed isiru biex il-parti tal-fortizza fejn kien hemm il-“parade grounds” u l-bini tal-madwar, inkluż kappella antika, ingħataw il-ħajja mill-ġdid wara li kienu sofrew ħsarat kbar kemm minn vandali kif ukoll mill-elementi. |
| Is-Sur Albert Mizzi, Chairman tal-MIDI u s-Sur | Maurice Mizzi wieħed mid-diretturi, spjegaw lill-Ministru Cristina l-pjani għall-iżvilupp tal-Forti u l-użu li se jsir mid-diversi partijiet li għaddew f’idejn il-MIDI, ir-restawr ta’ dak li kien magħruf bħala Lazzarett, u postijiet oħra li għandhom valur storiku u arkitettoniku. |
| Il-Ministru Cristina uriet l-apprezzament tagħha | għax-xogħol kbir ta’ restawr li qed isir b’għaqal kbir biex din il-ġawhra storika ta’ pajjiżna tkun tista’ titgawda mill-Maltin u mill-barranin. Saħqet li r-restawr hu xogħol delikat ħafna u hawn ħafna xogħol xi jsir għaliex għal ħafna snin diversi postijiet ta’ importanza storika tħallew mitluqa. Hi wriet l-apprezzament tagħha għax-xogħol ferm siewi u bis-sengħa li qed isir f’dan is-settur. |
| Il-Ministru Cristina stqarret li ħadet pjaċir | tara numru ta’ tfal tal-iskejjel iżuru l-Forti u appellat biex aktar studenti u membri tal-pubbliku japprofittaw ruħhom u fi tmiem din il-ġimgħa jżuru l-post u jaraw ix-xogħol sabiħ li qed isir |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en